Illum il-Knisja tfakkar lil San Turibju ta’ Mongrovejo


Fit-23 ta’ Marzu l-Knisja tfakkar lil San Turibju ta’ Mongrovejo, Isqof li għex bejn is-snin 1538 sa 1606.

San Turibju twieled f’Majorga, Spanja, fl-1538, minn familja nobbli, u kellu edukazzjoni soda. Studja fl-Università ta’ Salamanka, u baqa’ sakemm laħaq professur tal-liġi.

Fl-1575, ir-Re Filippu II, ħatru Prim Imħallef fil-qorti ta’ l-Inkwiżizzjoni ta’ Granada u Gran Inkwiżitur ta’ Spanja.

Fl-1580, meta l-Arċidjoċesi ta’ Lima sfat battala, ġie deċiż li Turibju li kien bniedem ta’ karattru sod u ta’ ħajja edifikanti, kien l-iktar persuna addattata biex timla l-post. Għalhekk, għalkemm kien lajk, u kontra x-xewqa tiegħu, ġie magħżul biex ikun l-Arċisqof tad-djoċesi ta’ Lima li kienet tinfirex fuq medda ta’ 640 km fuq il-kosta tal-Peru li kien taħt il-ħakma tal-Ispanjoli. Hekk ġie ordnat saċerdot u kkonsagrat Isqof, u fl-1581 mar il-Peru u beda l-ħidma tiegħu ta’ Arċisqof ta’ Lima.

Sa mill-bidu nett, l-Arċisqof Turibju ikkonfronta lill-Ispanjoli li kienu qed jimmaltrattaw lill-Peruvjani, u beda jaħdem bla serħan fost in-nies tiegħu li fil-maġġoranza tagħhom kienu foqra u għadhom lura. Huwa tgħallem il-lingwa tagħhom, u beda jżur kull rokna tad-Djoċesi, jitkellem ma’ kulħadd, jikkonverti u jgħammed ħafna minnhom.

Fil-25 sena li dam Arċisqof, waqqaf ħafna knejjes, monasteri u sptarijiet, u fl-1591, bena l-ewwel Seminarju fil-kontinent Amerikan, f’Lima. Jgħidu li San Turibju għamel il-Griżma tal-Isqof lil Santa Roża ta’ Lima, lil San Martin ta’ Porres, lil San Ġwann Massias u lil San Franġisk Solano.

Turibju baqa’ jaħdem sa mewtu, li ġrat fl-eta’ ta’ 68 sena fit-Tramuntana ta’ Lima waqt li kien jagħmel żjara pastorali. Kien t-23 ta’ Marzu tal-1606. Kien iddikjarat qaddis fl-1726.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.