Santa Corona, ko-inċidenza ta’ isem

Print Friendly, PDF & Email

Waqt li l-ansjetà tal-coronavirus tiġri f’moħħna, għandna qaddisa jisimha Santa Corona li tista’ tgħinna biex nifilħu għal dan it-toqol u tagħtina l-faraġ meta l-aktar neħtiġuh.

Corona, tfajla ta’ 16-il sena, ikkonfortat lil San Vitor li kien qed jiġi martirizzat mir-Rumani għall-fidi Nisranija u bdiet tgħidlu kliem ta’ kuraġġ. Corona wkoll żammet sħiħ il-fidi u ġiet maqtula b’martirju aħrax lejn is-sena 170 w.K. Il-festa ta’ Santa Corona hi fl-14 ta’ Mejju. F’dawn il-ġimgħat nistgħu nħarsu lejn Santa Corona’s biex nitgħallmu minnha kif inżommu t-tama u nitolbuha għall-fejqan tal-morda u tħares lilna u lill-oħrajn minn din il-marda li ħakmet lid-dinja.

https://catholicexchange.com/saint-corona-pray-for-us

Rapport minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: