Illum il-Knisja tfakkar lil Santa Pawla Frassinetti


Fit-12 ta’ Ġunju l-Knisja tfakkar lil Santa Pawla Frassinetti, Reliġjuża li għexet bejn is-snin 1809 sa 1882.

Din il-fundatriċi tas-sorijiet Dorotej twieldet f’Ġenova, tifla unika fost ħamest aħwa. L-erba’ ħutha subien kollha saru saċerdoti. Meta Pawla kellha 9 snin ommha mietet, u hi qiegħdet il-fiduċja tagħha f’Marija omm Ġesù, filwaqt li ddedikat lilha nfisha għal missierha u l-erba’ ħutha subien.

Missierha li kien ta’ karattru possessiv, ma riedx jibgħatha l-iskola, imma hu nnifsu għallimha taqra u tikteb. Pawla malajr xorbot ħafna tagħlim dwar ir-reliġjon u l-kultura mid-diskussjonijiet li kienu jagħmlu ħutha s-seminaristi ikbar minnha.

Pawla ntbagħtet għand ħuha l-kbir Dun Ġużepp, kappillan ta’ Quino għal xi żmien. Hawn ġiet f’kuntatt mal-attivitajiet parrokkjali u malajr saret konxja tal-vokazzjoni tagħha. Ma kinitx trid ħlief li tgħallem u tieħu ħsieb ta’ tfal bniet oħra, l-aktar dawk fqar u emarġinati.

Bil-parir ta’ ħuha u saċerdoti oħra, ta’ 25 sena tat bidu għall-istitut “Figlie de Santa Fede” (Ulied il-Fidi Mqaddsa), li wara, l-isem inbidel f’dak ta’ Sorijiet ta’ Santa Dorotea. Imma l-ewwel grupp tferrex, u baqa’ biss dawk li kienu l-aktar dedikati. Ma’ dawn, fit-12 ta’ Diċembru tas-sena 1834, kellu bidu l-istitut il-ġdid.

Santa Pawla Frassinetti mietet fil-11 ta’ Ġunju tas-sena 1882, fl-età ta’ 73 sena. Ġiet ibbeatifikata fit-8 ta’ Ġunju tas-sena 1930, u l-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II fil-11 ta’ Marzu tas-sena 1984, iddikjaraha qaddisa.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.