20. Is-Sinifikat bibliku tal-għarfien fil-konvivenza matrimonjali

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 05/03/1980.

1. Mas-solidarjetà  tal-analiżi tagħna ddedikat għal “bidu” bibbliku, nixtiequ nżidu wkoll pass ċkejken, meħud mill-kapitolu IV tal-ktieb tal-Ġenesi.

Għal tali fini, madankollu, l-ewwel hemm bżonn dejjem li nerġgħu lura għall-kliem ippronunzjat minn Ġesù Kridtu fid-djalogu tiegħu mal-Fariżej (cf. Mt 19 et Mk 10). Hemm bżonn inqisu li, fid-djalogu mal-Fariżej [Mt 19,7-9; Mk 10,4-6], Kristu jieħu pożizzjoni rigward il-prassi tal-liġi mosajka dwar l-hekk imsejjaħ “libell tar-ripudju”. Il-kliem “ minħabba l-għebusija ta’ qalbkom”, ippronunzjati minn Kristu jirriflettu mhux biss “l-istorja tal-qlub”, imma wkoll il-kumplessità kollha tal-liġi pożittiva tal-Antik Testment, li dejjem kienet tfittex il-“kompromess uman” f’dan iż-żmien tant delikat), fl-ambitu ta’ liema jseħħu r-riflessjonijiet tagħna; huma jirrigwardaw il-kuntest tal-eżistenza umana, skont liema l-mewt u l-kunnessa qerda tal-ġisem (meta nqisu li; “trab terġà ssir”, ta’ Ġenesi 3,19) saru xorti komuni tal-bniedem. Kristu jirreferi għall-“bidu”, għad-dimensjoni oriġinarja tal-misteru tal-ħolqien, sewwa sew meta din id-dimensjoni diġa kienet inkisret mill-mysterium iniquitatis, jiġifieri mid-dnub u, flimkien miegħu, ukoll mill-mewt: mysterium mortis. Id-dnub u l-mewt daħlu fl-istorja tal-bniedem, f’ċertu mod permezz tal-qalb innifisha ta’ dik l-unità, li mill-“bidu” kienet iffurmata mir-raġel u mill-mara, maħluqa u msejħa biex isiru “ġisem wieħed” (Ġen 2,24). Diġa fil-bidu tal-meditazzjonijiet tagħna osservajna li Kristu, waqt li fakkar il-“bidu”, imexxina, sa ċertu sens, ‘il hemm mil-limiti tal-pekkaminożità ereditarja tal-bniedem sal-innoċenza tiegħu oriġinarja; huwa jippermettilna, hekk, li nsibu il-kontinwità u r-rabta eżistenti bejn dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet, permezz ta’ liema kien prodott id-dramm tal-oriġini kif ukoll ir-rivelazzjoni tal-misteru tal-bniedem lill-bniedem storiku.

Dan, biex ngħidu hekk, jawtorizzana biex ngħaddu, wara l-analiżi li jirrigwardaw l-istat tal-innoċenza oriġinarja, għall-aħħar tagħhom, jiġifieri l-analiżi tal-“għarfien u tal-ġenerazzjoni”. B’mod tematiku, hija hija direttament marbuta mal-benedizzjoni tal-fertilità, inserita fl-ewwel rakkont tal-ħolqien tal-bniedem bħala maskju u femmina (Ġen 1,27-28). Storikament, għal kuntrarju, hija diġa mdaħħla f’dak ix-xefaq ta’ dnub u ta’ mewt li, kif jgħallem il-ktieb tal-Ġenesi (Ġen 3), influwenza fuq il-kuxjenza tas-sinifikat tal-ġisem uman, flimkien mal-infrazzjoni tal-ewwel allejanza mal-Ħallieq.

2. F’Ġenesi 4, u allura fl-ambitu tat-test jahwista, naqraw: “Adam ingħaqad ma’ Eva, martu, li nisslet u welldet lil Kajjin u qalet: “Akkwistajt raġel mingħand il-Mulej”. Imbagħad welldet ukoll lil ħuh Abel” (Ġen 4,1-2). Jekk ngħaqqdu mal-“għarfien” dak l-ewwel fatt tat-twelid ta’ bniedem fuq l-art, nagħmluh a bażi tat-traduzzjoni letterali tat-test, skont liema l-“għaqda” konjugali tiġi definita appuntu bħala “għarfien”. Infatti, it-traduzzjoni kkwotata ddoqq hekk: “Adam ingħaqad ma Eva martu”,  waqt li leteralment suppost li tkun tradotta hekk: “għaraf lil martu”, li donnha  tikkorrispondi b’mod iktar adegwat mat-terminu semitiku jadac (1). Wieħed f’dan jistà jara sinjal ta’ povertà tal-lingwa arkajka, li kien jonqosha diversi espressjonijiet biex tiddefenixxi fatti differenzjati. Xejn inqas, jibqà sinifikattiv li s-sitwazzjoni, li fiha raġel u mara jingħaqdu hekk b’mod intimu bejniethom li jiffurmaw “ġisem wieħed”, kienet definita bħala “għarfien”. B’dan il-mod, infatti, mill-istess povertà tal-lingwaġġ donnha toħroġ profondità speċifika ta’ sinifikat, derivanti appuntu mis-sinifikati kollha s’issa analizzati.

3. Evidentement, dan huwa wkoll importanti daqs l-“arċitip” tal-mod tagħna kif naħsbu l-bniedem korporeju, il-maskulinità tieġhu u l-femminilità tiegħu, u allura s-sess tiegħu. Hekk, infatti, permezz tat-terminu “għarfien” użat f’ Ġenesi 4,1-2 u sikwit fil-Bibbja, ir-rapport konjugali tar-raġel u tal-mara, jiġifieri l-fatt li huma jsiru, permezz tad-duwalità tas-sess, “ġisem wieħed”, ġie mgħolli u ntrodott fid-dimensjoni speċifika tal-persuni. Ġenesi 4,1-2 jitkellem biss dwar l-“għarfien” tal-mara min-naħa tar-raġel, kważi biex jenfasizza fuq kollox l-attività ta’ dan tal-aħħar. Wieħed jistà, però, wkoll jitkellem dwar ir-reċiproċità ta’ dan l-“għarfien”, li fih jipparteċipaw ir-raġel u l-mara pernezz ta’ ġisimhom u tas-sess tagħhom. Inżidu li serje ta’ testi bibbliċi suċċessivi, bħal, mill-bqija, l-istess kapitolu tal-Ġenesi (cf. ex. gr. Ġen 4,17.25), jitkellmu bl-istess lingwaġġ. U dan sal-kliem ippronunzjat minn Marija ta’ Nażżarett fl-annunzjazzjoni: “Kif inhu possibbli? Jien ma nagħrafx raġel” (Lk 1,34).

4.Hekk, b’dak il-bibbliku “nagħraf”, li għall-ewwel darba jidher f’Ġenesi 4,1-2, min-naħa nsibu ruħna quddiem l-espressjoni diretta tal-internazzjonalità umana (għaliex hija propja tal-għarfien) u, mill-oħra, għar-realtà kollha tal-konvivenza u tal-unjoni konjugali, li fiha raġel u mara jsiru “ġisem wieħed”.

Waqt li nitkellmu hawn dwar “għarfien”, ukoll minħabba l-faqar tal-lingwa, il-Bibbja tindika l-essenza l-iktar profonda tar-realtà tal-konvivenza matrimonjali. Din l-essenza tidher bħala komponent u fl-istess ħin riżultat ta’ dawk is-sinifikati, li s-sinjal tagħhom nippruvaw insegwu sa mill-bidu tal-istudju tagħna; hija infatti, tagħmel parti mill-kuxjenza tas-sinifikat tal-propju ġisem. F’Ġenesi 4,1, waqt li jsiru “ġisem wieħed”, ir-raġel u l-mara jisperimentaw b’mod partikulari is-sinifikat tal-ġisem propju. Flimkien, huma jsiru, hekk, kważi l-uniku suġġett ta’ dak l-att u ta’ dik l-esperjenza, minkejja li jibqgħu, f’din l-unità, żewġ suġġetti realment differenti. Dan jawtorizzana sa ċertu punt, biex niddikjaraw li “ir-raġel jagħraf lil martu” jew inkella li t-tnejn “jagħrfu ‘l xulxin” b’mod reċiproku. Allura huma jirrivelaw l-wieħed lill-oħra, b’dik il-profondità speċifika tal-propju “jien” uman, li appuntu jkun rivelat ukoll permezz tas-sess tagħhom, il-maskulinità u l-femminilità tagħhom. U allura, b’manjiera singulari, il-mara “tingħata” b’mod konoxxittiv lir-raġel u hu lilha.

5. Jekk għandna nżommu l-kontinwità rispett lejn l-analiżi magħmula s’issa (b’mod partikulari rigward tal-aħħar, li jinterpretaw lill-bniedem fid-dimensjoni tar-rigal), hemm bżonn li nosservaw li, skont il-ktieb tal-Ġenesi, datum e donum jibbilanċjaw.

Madankollu, Ġenesi 4,1-2 jaċcentwa fuq kollox id- datum. Fl-“għarfien” konjugali, il-mara “tingħata” lir-raġel u hu lilha, minħabba li l-ġisem u s-sess jidħlu direttament fl-istruttura u fil-kontenut stess ta’ dan l-“għarfien”. Hekk, mela, r-realtà tal-unjoni konjugali, li fiha r-raġel u l-mara jsiru “ġisem wieħed”, tiġbor fiha skoperta ġdida u, f’ċertu sens, definittiva tas-sinifikat tal-ġisem uman fil-maskulinità u l-femminilità tiegħu. Imma, a propożitu ta’ tali skoperta, huwa ġust li nitkellmu biss dwar “konvivenza sesswali”? Hemm bżonn inqisu li kull wieħed minnhom, raġel u mara, mhux biss oġġett passiv, definit mill-propju ġisem u sess, u b’dan il-mod iddeterminat “min-natura”. Għall-kuntrarju, propju minħabba l-fatt li tkun raġel u mara kull wieħed minnhom “jingħata” lill-ieħor bħala suġġett uniku u rrepetibbli, ta’ “jien”, bħala persuna. Is-sess jiddeċiedi mhux biss mill-individwalità somatika tal-bniedem, imma jiddefenixxi fl-istess ħin l-identità u l-konkretezza personali tiegħu. U propju f’din l-identità u konkretezza personali. Bħala “jien” femminili-maskili rrepetibbli, il-bniedem jiġi “magħruf” meta jivverifikaw ruħhom il-kliem ta’ Ġenesi 2,24: “ir-raġel… jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed”. L-“għarfien”, li dwaru jitkellem Ġenesi 4,1-2 u t-testi bibbliċi suċċessivi kollha, jasal għall-iktar għeruq intimi ta’ din l-identità u konkretezza, li r-raġel u l-mara jafu lis-sess tagħhom. Tali konkretezza tfisser kemm l-uniċità kemm l-irripetibiltà tal-persuna.

Kien, għalhekk, siewi li nirriflettu dwar l-elokwenza tat-test bibbliku kkwotat u tal-kelma “għaraf”; minkejja n-nuqqas apparenti ta’ preċiżjoni terminoloġika, hija tippermettilna li nieqfu fuq il-profondità u fuq id-dimensjoni ta’ kunċett, li minnu  l-lingwaġġ kontemporanju tagħna, għalkemm preċiż ħafna, spiss jipprivana.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Ara t-test oriġinali bit-Taljan >


(1) “għaraf” [jadac], fil-lingwaġġ bibbliku, ma tfissirx biss għarfien sempliċement intellettwali biss, imma wkoll esperjenza konkreta, bħal per eżempju l-esperjenza tat-tbatija [cf. 53,3], tad-dnub [Sap 3,13], tal-gwerra u tal-paċi [Gdc 3,1; żs 59,8]. Minn din l-esperjenza joħroġ ukoll il-ġudizzju morali: “għarfien tat-tajjeb u tal-ħażin” [Ġen 2,9-17]. L-“għarfien” jidħol fil-kamp tar-rapporti interpersonali, meta jirrigwarda s-solidarjetà tal-familja [Dt 33,9] u speċjalment ir-rapporti konjugali. Propju b’riferenza għall-att konjugali, it-terminu jissottolinja l-paternità ta’ persunaġġi llustri u l-oriġni ta’ wliedhom [cf. Gen 4,1.25.17; 1Sam1,19], bħala dati validi għall-ġinejoloġija, għal-liema t-tradizzjoni tal-qassisin [ereditarji f’Iżrael] kienet tagħti mportanza kbira. L-“għarfien” setà però jfisser ukoll r-rapporti sesswali l-oħra kollha, saħansitra dawk illeċiti [cf. Nm 31,17; Ġen 19,5; Gdc 19,22]. Fil-forma negattiva, il-verb jindika l-astensjoni mir-rapporti sesswali, speċjalment fejn jidħlu l-verġni [cf. ad es Re 2,4; Gdc 11,39]. F’dan il-kamp, it-Testment il-Ġdid juża żewġ ebraiżmi, meta jitkellem dwar Ġużeppi [Mt 1,25] u dwar Marija [Lk 1,34]. Sinifikat partikulari jakkwista l-aspett tar-relazzjoni eżistenzjali tal-“għarfien”, meta s-suġġett jew l-oġġett tiegħu huwa Alla stess [ad es Sal 139; Ger 31,34; Os 2,22; u wkoll Ġw 14,7-9; 17,3].