38. Is-sinifikat tal-adulterju ttrasferit mill-ġisem għall-qalb

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 03/09/1980.

1. Fid-diskors tal-muntanja Kristu jillimita ruħu biex ifakkar il-kmandament “La tikkommettix adulterju”, mingħajr ma jevalwa il-komportament relattiv tas-semmiegħa tiegħu.

Dak li għidna qabel rigward din it-tema jiġi minn fonti oħrajn (fuq kollox mid-diskors ta’ Kristu mal-Fariżej, li fih Hu imur lura għall-“bidu”) (cf. Mt 19,8; Mk 10,6). Fid-diskors tal-Muntanja Kristu jħalli barra tali evalwazzjoni jew, pjuttost, jippresupponiha. Dak li jgħid fit-tieni parti tal-espressjoni, li jibda bil-kliem: “Imma jiena ngħidilkom…”,  se jkun xi ħaġa iktar mill-polemika mad-“dutturi tal-Liġi”, ossija mal-moralisti tat-Tora. U se jkun ukoll xi ħaġa ta’ iktar rispett għall-valutazzjoni tal-ethos antikutestamentarju. Se jkun passaġġ dirett għall-ethos il-ġdid. Kristu donnu jħalli fil-ġemb id-disputi kollha dwar is-sinifikat etiku tal-adulterju fuq il-pjan tal-leġislazzjoni u tal-każistika, li fihom ir-rapport interpersonali essenzjali tar-raġel u tal-mara kien ġie offuskat b’mod notevoli mir-rapport oġġettiv tal-propjetà, u jakkwista dimensjoni oħra. Kristu jgħid: “Imma jiena ngħidilkom: kull min iħares lejn mara biex jixtieqha, diġa jkun ikkommetta adulterju magħha f’qalbu” (Mt 5,28) (quddiem dan il-pass tiġi dejjem f’moħħi t-traduzzjoni l-antika: “ikun diġa rrendiha adultera ġewwa qalbu”, verżjoni li, forsi aħjar mit-test attwali, tesprimi il-fatt li hawn jikkonsisti f’att pur intern u unilaterali). Hekk, mela, “l-adulterju mwettaq fil-qalb” jiġi f’ċertu sens kontrappost għall-“adulterju mwettaq fil-ġisem”.

Hemm bżonn li nsaqsu lilna nfusna dwar ir-raġunijiet li għalihom jiġi spustat il-punt tal-gravità tad-dnub, u nistaqsu barra minn hekk liema huwa s-sinifikat awtentiku tal-analoġija: jekk infatti l-“adulterju” skont is-sinifikat fondamentali tiegħu, jistà jkun biss “dnub imwettaq fil-ġisem”, f’liema sens dak li r-raġel jikkommetti f’qalbu jixraqlu wkoll li jkun denominat adulterju? Il-kliem li bih Kristu jpoġġi s-sies tal-ethos il-ġdid, jesiġi min-naħa tiegħu konsolidament profond fl-antropoloġija. Qabel ma nissodisfaw dawn il-mistoqsijiet, hemm bżonn li nieqfu ċertu ammont fuq l-espressjoni li, skont Mattew 5,27-28, taffettwa sa ċertu punt it-trasferiment jew inkella l-ispostament tas-sinifikat tal-adulterju tal-“ġisem” għall-“qalb”.  Dawn huma kliem li jirrigwardaw ix-xewqa.

2. Kristu jitkellem dwar il-konkupixxenza: “Kull min iħares biex jixtieq”. Appuntu din l-espressjoni titlob analiżi partikolari biex nifhmu l-espressjoni fit-totalità tagħha. Hemm bżonn li hawn nerġgħu nmorru fuq l-analiżi ta’ qabel, li kienet timmira, jkolli ngħid, biex tibni mill-ġdid l-immaġni tar-raġel tal-konkupixxenza” diġa fil-bidu tal-istorja (cf. Ġen 3). Dak ir-raġel li dwaru Kristu jitkellem fid-Diskors tal-Muntanja – ir-raġel li jħares “biex jixtieq” – huwa bla ebda dubju ta’ xejn ir-raġel tal-konkupixxenza. Propju minħabba dan il-mottiv, għaliex jieħu sehem fil-konkupixxenza tal-ġisem, huwa “jixtieq” u “jħares biex jixtieq”. L-immaġni tar-raġel tal-konkupixxenza, rikostruwita fis-sentenza preċedenti, tgħinna issa biex ninterpretaw ix-“xewqa”, li dwarha jitkellem Kristu skont Mattew 5,27-28. Hawn għandha x’taqsam mhux biss minn interpretazzjoni prikoloġika, imma, fl-istess ħin, minn interpretazzjoni tejoloġika. Kristu jitkellem fil-kuntest tal-esperjenza umana u kontemporanjament fil-kuntest tal-opra tal-fidwa. Dawn iż-żewġ kuntesti f’ċertu mod jirkbu fuq xulxin u jikkompenetraw b’mod reċiproku: u dan għandu sinifikat essenzjali u kostituttiv għall-ethos kollu tal-Vanġelu u b’mod partikolari għall-kontenut tal-verb “xtaq” jew “ħares biex jixtieq”.

3. Waqt li nqeda b’tali espressjonijiet, l-Imgħallem l-ewwel isejjaħ għall-esperjenza ta’ dawk li kienu qegħdin jisimgħuh b’mod dirett, imbagħad isejjaħ ukoll għall-esperjenza u għall-kuxjenza tal-bniedem ta’ kull żmien u post. Difatti, għalkemm il-lingwaġġ evanġeliku għandu komunikattiva universali, madankollu għal semmiegħ dirett, il-kuxjenza ta’ liema kienet iffurmata fuq il-Bibbja, ix-“xewqa” kellha tintrabat ma’ preċetti numerużi u twissijiet, preżenti qabel xejn fil-kotba ta’ karattru “sapjenzjali”, li fihom kienu jidhru ripetuti twissijiet dwar il-konkupixxenza tal-ġisem kif ukoll pariri mogħtija bi skop ta’ protezzjoni.

4. Kif inhu magħruf, it-tradizzjoni sapjenzjali kellha interess partikolari għall-etika u d-drawwiet tajba tas-soċjetà Iżraelitika. Dak li f’dawn it-twissijiet u pariri, preżenti per eżempju fil-Ktieb tal-Proverbji (cf. ex. gr.,Pr 5,3-6.15-20; 6,2427 ,27; 21,9.19; 22,14; 30,20) jew f’ta’ Siracide (cf. ex. gr., Sir 7,19.24-26; 9,1-9; 23,22-27; 25,13-26.18; 36,21-25; 42,6.9-14) u wkoll f’ta’ Qoèlet (cf. ex. gr.,Qo 7,26-28; 9,9), jolqotna b’mod immedjat hija ċerta unilateralità tagħhom,  in kwantu t-twissijiet huma ndirizzati fuq kollox għall-irġiel. Dan jistà jfisser li huma bżonnjużi b’mod partikolari għalihom. In kwantu għall-mara, huwa minnu li f’dawn it-twissijiet u pariri hija tidher iktar frekwentement bħala okkażjoni tad-dnub jew saħansitra bħala sedutriċi li jeħtieġ toqgħod attent minnha. Jinħtieġ, madankollu, li wieħed jagħraf li kemm il-Ktieb tal-Proverbji kif ukoll il-Ktieb ta’ Siracide, barra mit-twissija għall-attenzjoni mill-mara u mis-seduzzjoni tal-faxxinu tagħha li jkaxkru lir-raġel għad-dnub (cf. Pr 5,1-6; 6,24-29; Sir 26,9-12), jagħmlu wkoll eloġju tal-mara li hija  sieħba “perfetta” tal-ħajja tal-propju żewġha (cf. Pr 31,10ss), u  wkoll jeloġjaw is-sbuħija u l-grazzja ta’ mara tajba, li taf tirrendi kuntent lil żewġha.

“Grazzja fuq grazzja hija mara modesta, wieħed ma jistax jevalwa il-preġju ta’ ruħ modesta. Ix-xemx tiddi fuq il-muntanji tal-Mulej, is-sbuħija ta’ mara virtuża żżejjen id-dar tagħha. Lampa li tħeġġeġ fuq il-kandelabru mqaddes, hekk is-sbuħija tal-wiċċ fuq statura ġusta. Kolonni tad-deheb fuq bażi tal-fidda, tali huma riġlejn grazzjużi fuq saqajn solidi… Il-grazzja ta’ mara tferraħ lil żewġha, ix-xjenza tagħha tħeġġiġlu għadmu” (Sir 26,15-18.13).

5. Fit-tradizzjoni sapjenzjali twissija spissa tikkuntrasta ma’ ‘l hawn fuq imsemmi eloġju tal-mara-mart, u hija dik li tirreferi għas-sbuħija u għall-grazzja tal-mara, li mhix il-propja mart, u hija fonti ta’ tentazzjoni u okkażjoni ta’ adulterju: “Tixtieqx f’qalbek sbuħitha…” (Pr 6,25). Fis-Siracide (cf. Sir 9,1-9) l-istess twissija tiġi espressa b’mod iktar finali:

“Neħħi għajnejk minn fuq mara sabiħa, tiffissax sbuħija li mhix tiegħek. Għas-sbuħija ta’ mara bosta kienu dawk li ntilfu; għaliha l-imħabba taħraq bħal nar” (Sir 9,8-9).

Is-sens tat-testi sapjenzjali għandu sinifikat prevalenti pedagoġiku. Huma jgħallmu l-virtù u jfittxu li jipproteġu l-ordni morali, waqt li jwasslu għal-liġi ta’ Alla u għall-esperjenza mifhuma b’mod wiesà. Barra minn hekk, jiddistingwu rwieħhom għall-għarfien partikolari tal-“qalb” umana. Ikollna ngħidu li jiżviluppaw psikoloġija morali speċifika, blama jaqgħu fil-psikoloġiżmu. F’ċertu sens, jinsabu qrib għal dik is-sejħa ta’ Kristu lill-“qalb” li Mattew għaddielna (cf. Mt 5,27-28), għalkemm wieħed ma jistax jiddikjara li jirrivelaw tendenza biex jittrasformaw l-ethos b’mod fundamentali. L-awturi ta’ dawn il-Kotba jutilizzaw l-għarfien tal-interjotità umana biex jgħallmu l-morali pjuttost fl-ambitu tal- ethos storikament fil-fatt u minnhom konfermat sostanzjalment. Kultant xi ħadd minnhom, bħal per eżempju Qoèlet, jissintetizza tali konferma bil-propja “filosofija” tal-eżistenza umana, li però, jekk tinfluwixxi fuq il-metodu li bih jifformula twissijiet u pariri, ma tbiddilx l-istruttura fondamentali li tissapportja l-valutazzjoni etika.

6. Għal tali trasformazzjoni tal-ethos hemm bżonn li nistennew sad-Diskors tal-Muntanja. Madankollu, dak l-għarfien hekk għaqli tal-psikoloġija umana preżenti fit-tradizzjoni “sapjenzjali” ma kienx nieqes minn sinifikat għaċ-ċrieki ta’ dawk, li kienu qegħdin jisimgħu personalment u b’mod immedjat dan id-diskors. Jekk, bis-saħħa tat-tradizzjoni profetika, dawn is-semmiegħa kienu f’ċertu sens imħejjija biex jifhmu b’mod adegwat il-kunċett ta’ “adulterju”, daqshekk ieħor bis-saħħa tat-tradizzjoni “sapjenzjali” kienu mħejjija biex jifhmu l-kliem li jirreferu għall-“ħarsa konkupixxenti” jew aħjar għall-“adulterju mwettaq fil-qalb”. 

Għall-analiżi tal-konkupixxenza, fid-Diskors tal-Muntanja, ikun aħjar għalina li nduru mill-ġdid.

Miġjub għall-Malti minn Emmanuel Zarb.

Ara d-diskors oriġinali bit-Taljan >

%d bloggers like this: