69. Ġesù Kristu dwar il-qawmien mill-imwiet

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali –  13/01/1982.

1. “Fil-qawmien mill-imwiet…. La jieħdu mara u l-inqas raġel, imma jkunu bħal anġli fis-smewwiet” (MK 12, 25; u Mt 22, 30). “. . . Ikunu bħall-anġli u, billi jkunu wlied il-qawmien mill-imwiet, ikunu wlied Alla” (Lk 20, 36).

Il-kliem, li bih Kristu jirreferi għall-qawmien mill-imwiet futur – kliem ikkonfermat b’mod singulari mill-qawmien mill-imwiet tiegħu propju – itemmu dak li fir-riflessjonijiet preżenti aħna soltu nsejħu “rivelazzjoni tal-ġisem”. Tali rivelazzjoni tippenetra biex ngħidu hekk fil-qalb stess tar-realtà li nisperimentaw, u din ir-realtà hija speċjalment il-bniedem, ġismu: il-ġisem tal-bniedem “storiku”. Fl-istess ħin, tali rivelazzjoni tippermettilna li nmorru ‘l hemm mill-isfera ta’ din l-esperjenza f’żewġ direzzjonijiet. L-ewwel, fid-direzzjoni ta’ dak il-“bidu” għal-liema Kristu jirreferi fid-djalogu mal-Fariżej rigward l-indissolubiltà taż-żwieġ (cf.Mt 19, 3-8); imbagħad, fid-direzzjoni tad-“dinja futura”, għal-liema l-Imgħallem jindirizza l-erwieħ tas-semmiegħa tiegħu fil-preżenza tas-Saduċej, li “kienu jsostnu li mhemmx qawmien mill-imwiet” (cf.Mt 22, 23).

2. La l-verità dwar dak il-“bidu” li dwaru jitkellem Kristu, la l-verità eskatoloġika ma jistgħu jintlaħqu mill-bniedem bil-metodi tas-soltu mibnijin fuq l-esperjenza u razzjonalistiċi. Madankollu, mhuwiex jewwilla possibbli li ngħidu li l-bniedem iġorr, f’ċertu sens, dawn iż-zewġ dimensjonijiet fil-profond tal-esperjenza tal-propja eżistenza, jew pjuttost li hu b’xi mod huwa miexi lejhom bħal lejn dimensjonijiet li jiġġustifikaw għal kollox is-sinifikat stess tal-esseri ġisem tiegħu, jiġifieri tal-esseri bniedem “karnali”? Inkwantu mbagħad għad-dimensjoni eskatoloġika, mhuwiex jewwilla veru li l-mewt stess u l-qerda tal-ġisem jistgħu jagħtu lill-bniedem sinifikat elokwenti dwar l-esperjenza li fiha jirrealizza s-sens personali tal-eżistenza? Meta Kristu jitkellem dwar il-qawmien mill-imwiet futur, kliemu ma jaqax fil-vojt. L-esperjenza tal-umanità, u speċjalment l-esperjenza tal-ġisem, jippermettu lis-semmiegħ li jgħaqqad ma’ dan il-kliem l-immaġni tal-eżistenza l-ġdida fid-“dinja futura”, għal-liema l-esperjenza terrena tfornixxi s-substrat u l-bażi. Rikostruzzjoni tejoloġika korrispettiva hija possibbli.

3. Mal-kostruzzjoni ta’ din l-immaġni – li, inkwantu għall-kontenut, tikkorrispondi mal-artikolu tal-professjoni tagħna ta’ fidi: “nemmen fil-qawmien mill-imwiet tal-mejtin” – tikkonkorri bil-kbir il-konsapevolezza li teżisti konnessjoni bejn l-esperjenza terrena u d-dimensjoni kollha tal-“bidu” bibbliku tal-bniedem fid-dinja. Jekk fil-bidu Alla “maskju u femmina ħalaqhom” (Ġen 1, 27), Jekk f’dan id-duwaliżmu relattiv għall-ġisem jipprevedi ukoll tali unità li għaliha “jkunu ġisem wieħed” (Ġen 2, 24), jekk din l-unità ntrabtet mal-barka tal-fertilità jew aħjar tal-prokrejazzjoni (cf. Ġen 1, 29), u jekk issa, waqt li jitkellem quddiem is-Saduċej dwar il-futur qawmien mill-imwiet, Kristu jispjega li fid-“dinja l-oħra” … “la jieħdu mara u linqas raġel” – allura huwa ċar li hawn għandu x’jaqsam ma’ żvilupp tal-verità dwar l-istess bniedem. Kristu jindika l-identità tiegħu, għalkemm din l-identità tirrejalizza ruħha fl-esperjenza eskatoloġika b’mod differenti b’konformità tal-esperjenza tal-“bidu” stess u tal-istorja kollha. U bdanakollu l-bniedem se jkun dejjem l-istess, hekk ħareġ minn idejn il-Ħallieq u Missier tiegħu. Kristu jgħid: “La jieħdu mara u linqas raġel”, imma ma jgħidx li dan il-bniedem tad-“dinja futura” ma jkunx iktar maskju u femmina bħal ma kien “sa mill-bidu”. Huwa allura evidenti li s-sinifikat tal-eżistenza, kemm għall-ġisem, maskju u femmina fid-“dinja futura” jiġi mfittex barra miż-żwieġ u l-prokrejazzjoni, imma mhemm ebda raġuni li tfittxu barra minn dan li (indipendentement mill-barka tal-prokrejazzjoni) joħroġ mill-misteru stess tal-ħolqien u li wara jifforma wkoll l-iktar struttura profonda tal-istorja tal-bniedem fuq l-art, minkejja li din l-istorja sfat ibbilanċjata profondament mill-misteru tal-fidwa.

4. Fis-sitwazzjoni oriġinarja tiegħu, il-bniedem mela huwa waħdu u fl-istess ħin isir maskju u femmina: l-unità tat-tnejn. Fis-solitudni tiegħu “jirrivela” lilu nnifsu bħala persuna, biex “jirrivela”, f’salt wieħed, fl-unità tat-tnejn il-komunjoni tal-persuni. Fil-wieħed u fl-istat l-ieħor, l-esseri uman jikkostitwixxi ruħu bħala immaġni u xebħ ta’ Alla. Mill-bidu l-bniedem huwa wkoll ġisem fost l-iġsma, u fl-unità tat-tnejn isir maskju u femmina, waqt li jiskopri s-sinifikat “sponsali” ta’ ġismu f’miżura ta’ soġġett personali. Wara, is-sens ta’ esseri-ġisem u, b’mod partikolari, ta’ esseri fil-ġisem maskju u femmina, jiġi marbut maż-żwieġ u l-prokrejazzjoni (u jiġifieri mal-paternità u l-maternità). Madankollu is-sinifikat oriġinarju u b’mod fondamentali ta’ esseri ġisem, kif ukoll tal-esseri, inkwantu maskju u femmina – jiġifieri appuntu dak is-sinifikat “sponsali” – huwa marbut mal-fatt li l-bniedem jiġi maħluq bħala persuna u msejjaħ għall-ħajja “in communione personarum”. Iż-żwieġ u l-prokrejazzjoni fiha nfisha ma jiddeterminawx b’mod definittiv is-sinifikat oriġinarju u fundamentali tal-esseri ġisem lanqas tal-esseri, inkwantu ġisem maskju u femmina. Iż-żwieġ u l-prokrejazzjoni jagħtu biss realtà konkreta lil dak is-sinifikat fid-dimensjonijiet tal-istorja. Il-qawmien mill-imwiet jindika l-għeluq tad-dimensjoni storika. U hekk hu li l-kliem “meta jqumu mill-imwiet . . . la jieħdu mara u linqas raġel” (Mc12, 25) jesprimi b’mod l-iktar ċar mhux biss liema sinifikat ma jkollux il-ġisem uman fid-“dinja futura”, imma jippermettilna wkoll li niddeduċu li dak is-sinifikat “sponsali” tal-ġisem fil-qawmien mill-imwiet għall-ħajja futura se jikkorrispondi b’mod perfett kemm mal-fatt li l-bniedem bħala maskju-femmina huwa persuna maħluqha bħala “immaġni u xebħ ta’ Alla”, kif ukoll li din l-immaġni tirrejalizza ruħha fil-komunjoni tal-persuni. Dak is-sinifikat “sponsali” ta’ esseri ġisem jirrejalizza ruħu, mela, bħala sinifikat perfettament personali u komunitarju fl-istess ħin.

5. Waqt li nitkellmu dwar il-ġisem igglorifikat permezz tal-qawmien mill-imwiet għall-ħajja futura, għandna f’moħħna l-bniedem, maskju-femmina, fil-verità kollha tal-umanità tiegħu: il-bniedem li, flimkien mal-esperjenza eskatoloġika tal-Alla l-ħaj (għall-viżjoni “wiċċ ‘imb wiċċ”), jesperjenza appuntu tali sinifikat ta’ ġismu propju. Se tkun din l-esperjenza għal kollox ġdida, u kontemporanjament ma tkun bl-ebda mod aljenata minn dak għal-liema l-bniedem “mill-bidu” kellu sehem u linqas minn dak li, fid-dimensjoni storika tal-eżistenza tiegħu, ikkostitwixxa fih is-sors tat-tensjoni bejn l-ispirtu u l-ġisem, rigwardanti l-iktar propju għas-sinifikat prokrejattiv tal-ġisem u tas-sess. Il-bniedem tad-“dinja futura” jerġà jsib f’tali esperjenza ġdida tal-propja ġismu appuntu t-tmiem ta’ dak li kien iġorr fih b’mod perenni u storiku, f’ċertu sens, bħala eredità u ferm iktar bħala kompitu u oġġettiv, bħala kontenut tal-ethos.

6. Il-glorifikazzjoni tal-ġisem, bħala frott eskatoloġiku tal-ispiritwalità divinizzanti tiegħu, jirrivela il-valur definittiv ta’ dak li mill-bidu kellu jkun sinjal distintiv tal-persuna maħluqa fid-dinja viżibbli, kif ukoll bħala mezz tal-komunikazzjoni reċiproka bejn il-persuni u espressjoni awtentika tal-verità u tal-imħabba, għal min tiġi kostruwita l-“communio personarum”. Dak is-sinifikat perenni tal-ġisem uman, għal-liema l-eżistenza ta’ kull bniedem, mxekkel mill-wirt tal-konkupixxenza, neċessarjament ikkawża serje ta’ limitazzjonijiet, taqbidiet u tbatijiet, allura jerġà jiżvela lilu nnifsu mill-ġdid, u jiżvela lilu nnifsu b’tali sempliċità u splendur flimkien li kull parteċipant tad-“dinja l-oħra” jerġà jsib f’ġismu gglorifikat is-sors tal-libertà tar-rigal. Il-perfetta “libertà ta’ wlied Alla” (cf.Rm 8, 14) issostni b’dak ir-rigal ukoll kull waħda mill-komunjonijiet li jikkostitwixxu l-komunità l-kbira tal-komunjoni tal-qaddisin.

7. Huwa ferm evidenti li – fuq il-bażi tal-esperjenzi u l-konoxxenzi tal-bniedem fit-temporalità, jiġifieri f’“din id-dinja” – huwa diffiċli li tibni immaġni għal kollox adegwata tad-“dinja futura” Madankollu fl-istess ħin mhemmx dubju li, bil-għajnuna tal-kliem ta’ Kristu, hija possibbli u raġġjunġibbli talinqas ċerta approssimazzjoni għal din l-immaġni. Ninqdew b’din l-appromissazzjoni tejoloġika, waqt li nistqarru l-fidi tagħna “fil-qawmien mill-imwiet tal-mejtin” u fil-“verità Eterna”, kif ukoll il-fidi fil-“komunjoni tal-qaddisin”, li tippartjeni għar-realtà tad-“dinja futura”.

8. Fl-għeluq ta’ din il-parti tar-riflessjonijiet tagħna jixraq li nosservaw mill-ġdid għal darb’oħra li l-kliem ta’ Kristu rappurtati fil-Vanġeli sinottiċi (Mt 22, 30; Mk 12, 25; Lq 20, 34-35) għandhom sinifikat determinanti mhux biss għal dak li jikkonċerna l-kliem tal-Ktieb tal-Ġenesi (għal-liema Kristu jagħmel referenza f’ċirkustanza oħra), imma wkoll f’dak li jikkonċerna l-Bibbja kollha. Dan il-kliem jippermettilna, f’ċertu sens, li nerġgħu naqraw mill-ġdid – jiġifieri sal-aħħar – is-sinifikat kollu rivelat tal-ġisem, is-sinifikat li tkun bniedem, jiġifieri persuna “inkarnata”, li tkun fik innifsek ġisem maskju u femmina. Dan il-kliem jppermettilna nifhmu x’tistà tfisser, fid-dimensjoni eskatoloġika tad-“dinja l-oħra”, dik l-għaqda fl-umanità, li kienet kostitwita “fil-bidu” u li l-kliem tal-Ġenesi 2, 24 (“Ir-raġel… jingħaqad ma’ martu u t-tnejn ikunu ġisem wieħed”), ippronunzjat fl-att tal-ħolqien tal-bniedem bħala maskju u femmina, kien donnu orjentat – jekk mhux għal kollox, almenu, f’kull każ, speċjalment lejn “din id-dinja”.  Meta tqis li l-kliem tal-Ktieb tal-Ġenesi kienu kważi fuq l-għatba tat-tejoloġija tal-ġisem – għatba li fuqha ibbaża Kristu fit-tagħlim tiegħu dwar iż-żwieġ u l-indissolubiltà tiegħu – allura hemm bżonn li nammettu li kliemu rapportat mis-Sinottiċi huwa bħal tarġa ġdida ta’ din il-verità integrali dwar il-bniedem, li nerġgħu nsibu fil-Kelma rivelata ta’ Alla. Huwa ndispensabbli li nieqfu fuq din il-għatba, jekk irridu li t-tejoloġija tagħna tal-ġisem – u wkoll l-“ispiritwalità tal-ġisem” kristjana tagħna – ikunu jistgħu jservuna bħala immaġni sħiħa.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Ara d-diskors oriġinali bit-Taljan >