10. Skop u metodu tal-espożizzjoni tad-duttrina marjana


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Verġni Marija. Udjenza Ġenerali –  03/01/1996.

1. Waqt li nsegwi l-Kostituzzjoni dommatika Lumen gentium li, fil-Kapitolu VIII, riedet «turi b’mod attent kemm il-funzjoni tal-Verġni beata fil-misteru tal-Verb Inkarnat u tal-Ġisem mistiku, kif ukoll id-dmirijiet tal-bnedmin mifdija lejn Omm Alla , irrid noffri f’dawn il-katekeżi tiegħi sintesi essenzjali tal-fidi tal-Knisja dwar Marija, għalkemm billi nerġà nisħaq flimkien mal-Konċilju li marridx «nipproponi duttrina  kompluta», lanqas «insolvi kwestjonijiet tat-tejoloġi li għadhom ma ġewx muija b’mod sħiħ».1

Hija l-intenzjoni tiegħi, li niddeskrivi, qabel xejn, «il-funzjoni tal- beata Verġni fil-misteru tal-Verb Inkarnat u tal-Gisem Mistiku»,2 waqt li nirrikorri għad-dati tal-Iskrittura u tat-Tradizzjoni apostolika u waqt li nżomm kont tal-iżvilupp duttrinali li kien prodott ġol-Knisja sa żminijietna.

Waqt li, barra minn dan, ir-rwol ta’ Marija fl-istorja tal-fidwa huwa marbut b’mod strett mal- misteru ta’ Kristu u tal-Knisja, marridtx nitlef minn taħt ħarsti tali riferenzi essenzjali li, waqt li joffru lid-duttrin marjana l-post ġust, jippermettu li niskopru il-għana vasta u ineżawribbli.

L-esplorazzjoni tal-misteru tal-Omm tal-Mulej hija verament tassew wiesgħa u impenjat tul il-korsa tas-sekoli bosta rgħajja u tejoloġi. Xi wħud fit-tentattiv li jġiegħelu jispikkaw l-aspetti ċentrali tal-mitoloġija, kultant ittrattawha flimkien mal-kristoloġija jew mal-ekklesjaloġija.  Imma minkejja li qiesu r-relazzjoni tagħha mal-misteri kollha [10] tal-fidi, Marija timmerita trattazzjoni speċifika li temfasizza l-persuna u l-funzjoni fl-istorja tal-fidwa fid-dawl tal-Bibbja u tat-Tradizzjoni ekkleżjali.

2. Barra minn dan donnu utli li, waqt li nsegwu l-indikazzjonijiet konċiljari, nesponu b’mod metikoluż «id-dmirijiet tal-bnedmin mifdija lejn l-Omm ta’ Alla, l-Omm ta’ Kristu u l-Omm tal-bnedmin, b’mod speċjali tal-fidili».3

Ir-rwol mogħti lil Marija mill-pjan divin tal-fidwa jirrikjedi, infatti, għall-insara mhux biss ilqugħ u attenzjoni, imma wkoll għażliet konkreti li jittraduċu fil-ħajja l-atteġġjamenti evanġeliċi ta’ Dik li fil-fidi u fil-qdusija tantiċipa l-Knisja fil-fidi u fil-qdusija. L-Omm tal-Mulej hija hekk iddestinata biex teżerċita nfluss speċjali fuq il-mod tat-talb tal-fidili. L-istess liturġija tal-Knisja tirrikonoxxi l-post sa  fid-devozzjon u fl-eżistenza ta’ kull min jemmen.

 Jeħtieġ  nenfasizzaw li d-duttrin u l-kult marjan mhumiex frott ta’ sentimentaliżmu. Il-misteru ta’ Marija huwa verità rivelata li timponi ruħha għall-intelliġenza ta’ dawk li jemmnu u tesiġi minn dawk li fil-Knisja għandhom id-dmir tal-istudju u tat-tagħlim metodu ta’ riflessjoni duttrinali xejn inqas rigoruż minn dak użat fit-tejoloġija kollha.

Mill-bqija, Ġesù stess kien stieden lil dawk ta’ żmienu biex ma jħallux lilhom infushom jiġu ggwidati mill-entużjażmu fil-konsiderazzjoni ta’ Ommu, waqt li jagħraf f’Marija speċjalment dik li hija beata għaliex tismà l-kelma ta’ Alla u tpoġġiha fil-prattika  (cf. Lq 11,28).

Mhux biss l-imħabba, imma b’mod speċjali d-dawl tal-Ispirtu għandu jiggwida biex nifhmu l-Omm ta’ Ġesù u l-kontribut tagħha fl-opra tal-fidwa.

3. Dwar il-qies u l-ekwilibriju li  rridu nipproteġu fid-duttrina komuni fil-kult marjan, il-Konċilju jħeġġeġ  mill-qalb lit-tejoloġi u lill-predikaturi tal-kelma divina, «biex jastjenu b’kull attenzjoni minn kwalunkwè esaġerazzjoni falza…».4

Dawn jiġu minn tant li jaqgħu f’atteġġjament massimalistiku, li jippretendi li jestendi sistematikament lil Marija l-prerogattiva ta’ Kristu u l-kariżmi kollha tal-Knisja.

Iżda, huwa meħtieg li dejjem nissalvagwardjaw, fid-duttrina marjana, id-differenza nfinita li teżisti bejn il-persuna umana ta’ Marija u l-persuna divina ta’ Ġesù. Nattribwixxu lil Marija il- «massimu» ma tistax issir in-norma tal-marjoloġija, li għandha tagħmel referenza kostanti għal dak li r-Rivelazzjoni tixhed dwar id-doni magħmula minn Alla lill-Verġni minħabba l-missjoni  sublimi tagħha. 

B’mod analogu, il-Konċilju jħeġġeġ lit-tejoloġi u l-predikaturi biex «jastjenu mid-djuq tal-moħħ»,5 jiġifieri mill-perikolu tal-minimaliżmu li jistà jimmanifesta ruħu f’pożizzjonijiet duttrinali, f’interpretazzjonijiet eseġetiċi u f’atti tal-kult, b’tendenzi li jnaqqsu u kważi jannullaw l-importanza ta’ Marija fl-istorja tal-fidwa, il-verġinità tagħha perpetwa u l-qdusija tagħha.

Huwa dejjem tajjeb li nevitaw pożizzjonijiet estremi simili minħabba fedeltà koerenti u sinċiera għall-verità rivelata, bħal ma hi espressa fl-Iskrittura u fit-Tradizzjoni apostolika.

4. L-istess Konċilju joffrilna kriterju li jippermetti li niddixernaw id-duttrina marjana awtentika: «Fil-Knisja Marija tokkupa, wara Kristu, il-post l-iktar għoli u l-iktar qrb tagħna».6

Il-post l-iktar għoli: jeħtieġ niskopru din l-altezza  mogħtija lil Marija fil-misteru tal-fidwa. Din iżda hija vokazzjoni  riferuta totalment lil Kristu. 

Il-post l-iktar qrib tagħna: ħajjitna hija influwenzata b’mod profond mill-eżempju tal-interċessjoni ta’ Marija. Però jeħtieg ninterrogaw lilna nfusna dwar l-isforz tagħna li nkunu qribha. Il-pedagoġija kollha tal-istorja  tal-fidwa tistedinna nħarsu lejn il-Verġni. L-axxetiżmu nisrani ta’ kull epoka jistieden biex naħsbu dwarha bħala għal mudell ta’ adeżjoni perfetta mar-rieda tal-Mulej. Mudell  magħżul ta’ qdusija, Marija tiggwida l-passi ta’ dawk li jemmnu lejn il-Ġenna.

Permezz tal-viċinanza tagħha lejn il-ġrajja tal-istorja tagħna ta’ kuljum Marija ssostnina fil-provi, tinkuraġġina fid-diffikultajiet, dejjem waqt li tesponilna  d-destinazzjoni tal-fidwa eterna. Joħroġ b’dan il-mod dejjem iktar evidenti r-rwol tagħha ta’ Omm: Omm Binha Ġesù, Omm ħelwa u attenta għal kull wieħed u waħda minna, li lilna minn fuq is-Salib il-Feddej afdana lilha sabiex  tilqgħana bħala ulied fil-fidi.

NOTI

1 Conc. Ecum. Vat. II, Costituzione dogmatica Lumen gentium, 54.
2 Ibidem.
3 Ibidem.
4 Conc. Ecum. Vat. II, Costituzione dogmatica Lumen gentium, 67.
5 Ibidem
6 Conc. Ecum. Vat. II, Costituzione dogmatica Lumen gentium, 54.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb