Il-Festa ta’ l-Ezaltazzjoni tas-Salib


Il-Knisja fil-14 ta’ Settembru ticcelebra l-festa tal-Ezaltazzjoni tas-Salib, li huwa l-ghodda li biha Kristu salvana mill-jasar tad-dnub u l-mewt.

Is-salib kien l-ghodda li biha kienu jinqatlu l-kriminali. Kienet mewt tal-biza’ tant li l-ikkundannati kienu jinfexxu jidghu, jiddispraw kif ukoll jisthu l-jum li fih twieldu. Ghalhekk gie li kien jinhass l-bzonn li jaqtughlhom ilsienhom. Izda Sidna Gesù Kristu bata’ fuq is-salib ghal dnubietna bil-pacenzja bhala sagrificcju haj lil Alla. 

Ghal San Gorg Preca, Sidna Gesù Kristu msallab kien qisu ktieb li fih diversi lezzjonijiet miktubin fuqu. Lil Kristu Msallab sejjahlu “Il-Ktieb il-Kbir”. Min-naha l-ohra l-Isqof Fulton Sheen isejjah lis-salib li fuqu miet Gesù bhala pulptu. Generalment f’kull knisja kont issib wiehed minnhom. Dan kien ikun post gholi tal-injam li titla b’tarag u minn hemmhekk il-qassis kien jaghmel diskorsi sbieh.

Minn fuq is-salib Sidna Gesù Kristu tana bosta lezzjonijiet dwar kif ghandna ngibu ruhna bil-pacenzja fit-tbatijiet. Minn fuq dan il-pulptu tat-tbatija huwa lissen l-ahhar seba’ kelmiet li ghandhom bosta taghlimiet jekk noqghodu nimmeditawhom ftit fuqhom.

L-ewwel kelma li Sidna Gesù Kristu tenna minn fuq is-salib kienet: “Missier, ahfrilhom, ghax ma jafux xinhuma jaghmlu” (Lq 23, 34a). B’kuntrast ma’ dawk li kienu jigu misluba, Sidna Gesù Kristu hafer lill- ghedewwa tieghu. Infatti l-krucisfissjoni tieghu ghalkemm kellha l-apparenza legali, kienet frott ta’ intricci, wiri ta’ wicc b’iehor, ghejra u hazen. Izda Kristu hafrilhom filwaqt li pprova jiskuza l-intenzjoni taghhom. Dawn il-kelmiet jghallmuna li n-nisrani ghandu jkollu l-mahfra bhala l-programm ta’ hajtu kollha. Ghalhekk min ma jahfirx ma huwiex qieghed jimxi fuq il-passi tal-Imghallem taghna.

Nimmeditaw ftit. Kristu minxur fuq is-salib fost tant ugighat fizici u morali jahfer mill-qalb lil dawk il-vera ghedewwa li tant baghduh u gheru ghalih li wasslu sabiex salbuh. Din l-ewwel kelma ta’ Kristu tghallimna li ghandna nahfru lil kull min ghamlilna xi azzjoni hazina filwaqt li nippruvaw niskuzaw l-intenzjoni tieghu. Dan ma jfissirx li ghandna nhallu lill-ohrajn jaghmlu bina li jridu. Anke Kristu fil-hajja pubblika tieghu kien jiddefendi lilu nnifsu. Izda l-mahfra tfisser li qalbna trid tkun safja u hielsa minn xi tebgha ta’ tpattija jew antipatija.

It-tieni kelma ta’ Sidna Gesù Kristu kienet dik lill-halliel it-tajjeb: “Nghidlek is-sewwa li lllum tkun il-genna mieghi” (Lq 23, 43). Gesù minxur fuq is-salib huwa turija tal-hniena ta’ Alla. Il-mewt tieghu fuq is-salib mhijiex ta’ kundanna ghalina, izda ta’ mahfra. Ghalhekk meta nonqsu lil Alla permezz tad-dnub ma rridux naqtghu qalbna izda nharsu lejn il-Krucifiss u nisthajluh jtenni ghal darba ohra din it-tieni kelma. San Gorg Preca jghidilna: “Min qatt irrikorra ghand Kristu u sab il-konfuzzjoni, il-halliel it-tajjeb, San Pietru jew Marija Maddalena!”. Ghandna niftakru li l-hniena ta’ Alla hija bla tarf u min jirrikorri lejha jsib il-mahfra u l-vera paci tal-qalb.

San Gwann jirrakkonta t-tielet kelma b’dan il-mod: “X’hin ra Gesù ’l ommu u d-dixxiplu l-mahbub hemm wieqaf qal lil ommu: ‘Mara, ara ibnek.’ Imbaghad qal lid-dixxiplu: ‘Ara Ommok” (Gw 18, 26-27). Hawnhekk Gesù ghamel lil ommu bhala l-omm taghna llkoll. Meta nghidu li Marija hija ommna ma nkunux qeghdin naghtuha xi titlu ta’ kortesija, rispett jew naghmlu tixbiha izda nkunu qeghdin nghidu l-verita kollha kemm hija.

 Kif hija saret Omm Alla mat-thabbira ta’ l-Anglu Gabriel, hekk minn taht is-salib hija saret ommna fil-grazzja. U dan gara skont ir-rieda qaddisa ta’ Sidna Gesù Kristu, ftit qabel ma’ miet. Ghalhekk Gwanni huwa figura ta’ l-insara kollha. Jekk inharsu lejn l-istorja tal-Knisja naraw kemm kien hawn devozzjoni lejn il-Marija Santissima. Nharsu ftit lejn il-fundaturi; San Gwann Bosco kien isejhilha bhala Awziljatrici (ghajnuna ta’ l-insara) u fiha kien ipoggi t-tama tieghu kollha filwaqt li l-San Gorg Preca ghamel mill-ahjar li seta biex ikabbar id-devozzjoni lejn il-Vergni Marija f’Malta. B’dan il-mod il-vera devozzjoni lejn Marija hija espressament skont ir-rieda ta’ Alla u ghalhekk twassal in-nisrani fil-port tas-salvazzjoni.

Ghalhekk l-ewwel tliet kelmiet ta’ Kristu kienu: ghall-ghedewwa, midinbin u qaddisin. Ir-raba’ u l-hames kelma juruna t-tbatijiet li minnhom kien ghaddej.

Ir-raba’ kelma ta’ Sidna Gesù Kristu hija talba ta’ ghajnuna lil Alla. San Mattew ighidilna: “Madwar id-disa’ siegha ghajjat Gesù b’lehen qawwi u qal: ‘Eli, Eli lema sabaqtani?’ jigifieri: ‘Alla tieghi, Alla tieghi il-ghala tlaqtni” (Mt 27, 45-46). Ta’ min jghid li Gesù bl-ebda mod ma kien qieghed ifisser li ghandu nuqqas ta’ fiducja f’Alla. Dan il-kliem hu l-bidu tas-Salm 22 u ghandna nifhmuh bhala talba ta’ wiehed li qieghed jitlob lil Alla tant huwa maghfus fit-tbatijiet tieghu. L-ghajta ta’ Kristu turi l-hruxija tat-tbatijiet tieghu, imma mhux nuqqas ta’ tama jew fiducja f’Missieru. Anke n-nisrani jghaddi minn mumenti ta’ nixfa li fihom ma jhossx il-konsolazzjonijiet sensibbli u l-hlewwiet spiritwali. Ghalhekk ghandu jhares lejn il-Kurcifiss u jimmedita ftit kemm kienu t- ta’ Kristu. Dan jaghmillu kuragg biex ma jfittix u lanqas jixtieq il-konsolazzjonijiet spiritwali izda ’l Alla biss.

“Ghandi l-ghatx” (Gw 19,28) kienet il-hames kelma ta’ Sidna Gesù Kristu. Verament li kien qieghed ibati ghatx fiziku billi tilef hafna demm. Izda donna l-ghajta ta’ Gesù kienet  wahda ta’ imhabba u salvazzjoni tal-bnedmin kollha. L-ghatx ta’ Kristu kien ghatx biex il-bnedmin kollha jgawdu mis-salvazzjoni li huwa kien se jikseb bis-sagrificcju ta’ hajtu. Din l-ghajta ta’ Kristu barra barra milli tifxef l-istat li fih kien qieghed ghandha taghlima ghalina. Ghandna jkollna certa herqa biex Sidna Gesù Kristu jigi maghruf u mahbub mill-bnedmin kollha. Dan urewh il-qaddisin fil-hajja taghhom. San Gwann Bosco kellhu ghal qalbu din is-sentenza “Aghtini o Alla l-erwieh, u hudli kollox”. Forsi ukoll l-interpretazzjoni li l-San Gorg Preca ta lill-kelma M.U.S.E.U.M “Mghallem, jalla din id-dinja kollha timxi wara l-Evangelju tieghek” mhijiex ghajta bhal ta’ Kristu biex is-saltna ta’ Alla tikber aktar f’qalb il-bnedmin!

“Kollox mitmum” (Gw 19, 30) hija s-sitt kelma ta’ Gesù. Billi kien jaf li l-mewt tieghu kienet fil-qrib hafna tenna din il-kelma. Mhijiex wahda fatalista jew ta’ disperazzjoni izda ta’ telqa f’Alla. Gesù kien kuntent li f’hajtu wettaq sewwa dak li kellu jaghmel. Jalla fil-punt ta’ mewtna nkunu nistghu nlissnu din il-kelma b’mod tajjeb, jigifieri li dejjem ghamilna r-rieda ta’ Alla.

“U Gesù ghajjat ghajta kbira u qal: “Missier, f’idejk jien nerhi ruhi” (Lq 23,46). Din is-seba’ u l-ahhar kelma hija mehuda mis-Salm 31, 6 u bihom Gesù ried ifisser it-telqa tieghu kollu kemm huwa f’Alla. Din ghandha taghlima spiritwali kbira. Fil-hajja taghna kollha kemm hija sal-punt tal-mewt, meta ruhna tinfired minn gisimna, ghandna jkollna fiducja assoluta u bla limiti f’Alla. Hekk Gesù jaghlaq hajtu, li bdiet bl-ubbidjenza lejn Alla  permezz ta’ fiducja kbira f’Missieru.

Is-salib huwa t-tama u l-progamm tan-nisrani. Kien Huwa stess li qalilna “Min irid jimxi warajja, jichad lilu nnifsu, jiehu salibu kuljum u jimxi warajja” (Lq 9, 23).

Angelo Xuereb