Benedittu u Franġisku, kontinwità tal-maġisteru minkejja l-istil differenti

Print Friendly, PDF & Email

Bejn il-Papa Franġisku u l-Papa Emeritu Benedittu XVI hemm “kontinwità tal-maġisteru u partikularità fl-istil pastorali”. Dan jidher fil-ktieb tal-Kardinal Pietro Parolin, is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan. ‘Knisja Waħda’, li hu bit-Taljan, ġie ppublikat fl-1 ta’ Settembru. Ifisser il-kontinwità b’siltiet mill-udjenzi tal-Papa Benedittu u l-Papa Franġisku fuq temi ta’ knisja, familja, talb, fidi u ħniena.

It-tnejn ikellmu lil xulxin b’affezzjoni, bħal meta fiċ-ċelebrazzjoni tas-65 anniversarju tal-Papa Benedittu fl-2016, il-Papa Franġisku qal lill-Papa Benedittu: “Inti qed tkompli taqdi lill-Knisja u ma tieqaf qatt milli tikkontribwixxi bl-għerf tiegħek għat-tkabbir tagħha mill-monasteru żgħir ta’ Mater Ecclesiae fil-Ġonna tal-Vatikan.” U Benedittu wieġeb: “It-tjubija tiegħek, sa mill-mument tal-elezzjoni tiegħek dejjem impressjonatni u għenet il-ħajja interjuri tiegħi. Id-dar vera tiegħi mhijiex il-Ġonna tal-Vatikan, minkejja s-sbuħija tagħhom. Id-dar vera tiegħi hi t-tjubija tiegħek.”

Meta ppreżenta l-ktieb, il-Kardinal Parolin qal li: “Il-konsonanza taż-żewġ Papiet u d-diversità fl-istil ta’ kif huma jikkomunikaw, ikabbru l-perspettivi u jarrikkixxu l-esperjenza tal-qarrejja, mhux biss dawk li jemmnu imma n-nies kollha li f’era ta’ kriżi u inċertezza jagħrfu fil-Knisja vuċi li tista’ tkellimhom dwar il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom.”

https://www.catholicnewsagency.com/news/cardinal-parolin-stresses-spiritual-consonance-between-pope-francis-and-benedict-xvi-in-book-foreword-32250

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading