L-Ewwel Konferenza Episkopali Maltija mal-Isqof ta’ Għawdex Mons. Anton Teuma


Il-Konferenza Episkopali Maltija tat merħba lill-Isqof il‑ġdid tad‑Djoċesi ta’ Għawdex, Mons. Anton Teuma, waqt laqgħa li saret ilbieraħ it‑Tlieta, l‑1 ta’ Settembru 2020, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il-Furjana. Matul il‑laqgħa nqrat ittra tal‑Isqof Emeritu Mons. Mario Grech, li fiha fisser l‑apprezzament tiegħu għall‑ħidma fraterna fi ħdan il‑Konferenza. L‑Isqfijiet irringrazzjaw lill-Isqof Grech għall‑kontribut importanti u siewi li ta matul dawn il‑15‑il sena filwaqt li wegħduh it-talb tagħhom fil-missjoni ġdida fil-Vatikan bħala Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

Il‑Konferenza Episkopali Maltija hija magħmula mill‑isqfijiet taż‑żewġ djoċesijiet: l‑Arċisqof Mons. Charles Jude Scicluna, li huwa l-President tal‑istess Konferenza, l‑Isqof ta’ Għawdex Mons. Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea‑Curmi. Jattendi wkoll Patri Michael Bugeja SJ, il‑President tal‑Kunsill Superjuri Maġġuri tar‑Reliġjużi (KSMR).

Il‑Konferenza Episkopali tiltaqa’ regolarment sabiex takkumpanja l‑mixja tal‑poplu Malti fil‑ġrajjiet li jkun għaddej minnhom, tieħu deċiżjonijiet fuq materji komuni għaż‑żewġ djoċesijiet u tirrifletti fuq sfidi u opportunitajiet li jkun għaddej minnhom il‑poplu Malti inġenerali sabiex l‑isqfijiet ikunu jistgħu jagħtu l‑kontribut tagħhom fid‑dawl tal‑Evanġelju.

Il‑Konferenza Episkopali Maltija tifforma wkoll parti mill‑Kunsill tal‑Konferenzi Episkopali Ewropej (CCEE) kif ukoll mill‑Kummissjoni tal‑Konferenzi Episkopali tal‑Unjoni Ewropea (COMECE).

L-ittra mibgħuta mill-Isqof Emeritu Mario Grech lill-Konferenza Episkopali Maltija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.