Omelija tal-Papa Ġwanni Pawlu II fl-Afrika.


PELLEGRINAĠĠ APOSTOLIKU FL-AFRIKA. OMELIJA TA’  ĠWANNI PAWLU II

Kinshasa (Zaire), 3 ta’ Mejju 1980 

Għeżież miżżewġin insara, missirijiet u ommijiet ta’ familja.

1. L-emozzjoni u l-ferħ jinvadu qalbi ta’ ragħaj universali għaliex ingħatatli l-grazzja li nimmedita għall-ewwel darba ma’ numru ta’ familji Afrikani – u għalihom – dwar il-vokazzjoni partikolari tagħhom, iż-żwieġ nisrani. Jalla Alla – li rrivela ruħu li hu “waħda mit-tliet Persuni” jassistina tul din il-meditazzjoni! L-argument huwa meraviljuż, imma r-realtà hija diffiċli! Jekk iż-żwieġ nisrani jistà jitqabbel ma’ muntanja għolja ħafna li tqiegħed lill-għarajjes fil-viċinanza mmedjata ta’ Alla, hemm bżonn li nagħrfu li t-tlugħ tagħha jitlob ħafna żmien u ħafna tbatija. Imma din se tkun ir-raġuni biex inwarrbu jew biex inbaxxu l-quċċata? Mhux permezz tal-axxensjoni morali u spiritwali li l-persuna umana twettaq fil-milja lilha nfisha u tiddomina l-univers ferm iktar milli permezz tar-rekord tekniċi u spazjali huma kemm huma ammirevoli?

Flimkien se nagħmlu pellegrinaġġ għall-oriġni taż-żwieġ, imbagħad se nfittxu  li nkejlu aħjar id-dinamiżmu tiegħu għas-servizz tal-għarajjes, tal-ulied, tas-soċjetà, tal-Knisja. Fl-aħħarnett se niġbru l-enerġiji tagħna biex nippromwovu pastorali familjari dejjem iktar effikaċi.

2. Ilkoll nafu r-rakkont ċelebri tal-ħolqien li bih tibda l-Bibbja. Qalulkom li Alla għamel il-bniedem xbiha tiegħu waqt li ħalqu maskju u femmina. Hawn hu dak li jissorprendina minnufih fil-bidu. L-umanità, biex tixbaħ lil Alla, trid tkun koppja ta’ żewġ persuni li jersqu lejn xulxin, żewġ persuni li mħabba perfetta tgħaqqad f’unità, Dan il-moviment u din l-imħabba jirrenduhom jixbħu lil Alla, li huwa l-istess imħabba, l-unità assoluta tat-tliet Persuni. Qatt ma kien kantat b’mod hekk sabiħ l-isplendur tal-imħabba umana daqs fl-ewwel paġni tal-Bibbja: “Din”, jgħid Adam waqt li jikkuntempla lill-mara tiegħu, “hija laħam minn laħmi, u għadma minn għadmi. Minħabba dan ir-raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad ma’ martu u huma jkunu laħam wieħed” (Ġen 2,23-24). Waqt li jadatta San Iljun il-Kbir ma jistax jevita li jgħidilkom: “Għarajjes insara, agħrfu d-dinjità emozzjonanti tagħkom!”

Dan il-pellegrinaġġ lejn l-ordni, jirrivelalna b’mod ugwali li l-ewwel koppja, fil-pjan ta’ Alla, hija minogama, Hawn hu għaliex il-ħaġa l-iktar li tissorprendi mill-waqt li ċ-ċivilizzazzjoni – fiż-żmien li fih jifforma ruħu r-rakkont bibbliku – huwa ġeneralment bogħod minn dan il-mudell kulturali.

Din il-monogamija, li mhix ta’ oriġni oċċidentali imma semitika tidher bħala l-espressjoni tar-relazzjoni interpersonali, dik li fiha kull wieħed miż-żewġ sieħba huwa magħruf mill-parti l-oħra b’valur ugwali u fit-totalità tal-persuna tagħha. Din il konċezzjoni monogamika u personalistika tal-koppja umana hija rivelazzjoni assolutament oriġinali, li ġġib il-maskju ta’ Alla, u li timmerita li tkun dejjem iktar approfondita.

3. Imma din l-istorja mibdija hekk tajjeb fit-tbexbix imdawwal tal-ġeneru uman saret taf id-dramm tall-ksur ta’ din il-koppja appena maħluqa mill-Ħallieq. Dan huwa d-dnub oriġinali. Madankollu dan il-ksur se jkun l-okkażjoni ta’ manifestazzjoni ħġdida tal-imħabba ta’ Alla.

Imqabbel spiss ħafna ma’ Għarus fidil b’mod infinit, per eżempju fit-testi tas-salmisti u tal-profeti, Alla jġadded b’mod li ma jaqtax l-patt tiegħu ma’ din l-umanità kapriċċuża u midimba.Dawn il-pattijiet jilħqu l-quċċata tagħhom bil-patt definittiv li Alla jissiġilla fil-propju Ibnu li jissagrifika ruħu b’mod liberu għall-Knisja u għad-dinja. San Pawl ma jibżax jippreżenta dan il-patt ta’ Kristu mal-Knisja bħala s-simbolu u l-mudell ta’ kull patt bejn ir-raġel u l-mara (cf. Ef 5,25), magħqudin bħala miżżewġin b’mod indissulibbli.

Tali huma l-karattri ta’ nobiltà taż-żwieġ nisrani. Huma ġeneraturi ta’ dawl u ta’ qawwa għat-twettiq ta’ kuljum tal-vokazzjoni kunjugali u familjari, għall-vantaġġ tal-istess miżżewġin, ta’ wliedhom, tas-soċjetà li fiha jgħixu u tal-Knisja ta’ Kristu. It-tradizzjonijiet Afrikani, b’mod għaqli utilizzati jistgħu jkollhom posthom fil-kostruzzjoni tal-fokolari nsara fl-Afrika; jien naħseb b’mod partikolari għall-valuri kollha pożittivi tas-sens tal-familja, hekk radikat fir-ruħ Afrikana, u li jilbsu mill-ġdid aspetti multipli bla dubju suxxettibbli li jwasslu għar-riflessjoni ċerti ċiviliżżażżjonijiet imsejħa avanzati: is-serjetà tal-impenn matrimonjali għat-terminu ta’ mixja twila, il-prijorità mogħtija lit-trażmissjoni tal-ħajja u għalhekk l-importanza mogħtija lill-omm u lill-ulied, il-liġi ta’ solidarjetà bejn il-familji li għandhom patt u li joperawh b’mod partikolari il-persuni anzjani, ir-romol u l-orfni, tip ta’ koresponsabiltà fil-kura u l-edukazzjoni tat-tfal, intenzjonata biex tnaqqas bosta tensjonijiet psikoloġiċi, il-kult tal-antenati u tal-mejtin li jiffavorixxi l-fedeltà għat-tradizzjonijiet. Bla dubju l-prpblema delikata hija li tassumi dan id-dinamiżmu familjari kollu, wirt ta’ drawwiet ansestrali u tibdlu u teżaltah fil-prospettivi tas-soċjetà li qiegħda titnisel fl-Afrika.  Imma hu xinhu l-ħajja konjugali tal-insara tgħix – matul epoki u sitwazzjonijiet differenti – fuq it-triq ta’ Kristu, ħellies u redentur tal-bnedmin kollha u tar-realtajiet kollha li jiffurmaw l-ħajja tal-bnedmin. “Dak kollu li tagħmlu, ikun magħmul fl-isem ta’ Sidna Ġesù Kristu” kif qalilna San Pawl (Kol 3,17).

4. Huwa mela billi naqblu ma’ Kristu, li ngħata għall-imħabba tal-Knisja tiegħu, li l-miżżewġin jidħlu jum wara jum, għall-imħabba li dwarha jitkellem il-Vanġelu “Ħobbu bħal ma jien ħabbejtkom” u b’mod iktar preċiż għall-perfezzjoni tal-għaqda ndissolibbli fuq il-livelli kollha. Il-miżżewġin insara għamlu lil xulxin il-wegħda li jagħmlu komuni dak kollu li huma huma u dak kollu li huma għandhom. Dan huwa l-kuntratt l-iktar qalbieni li jeżisti u fl-istess ħin l-iktar wieħed meraviljuż!

L-għaqda ta’ ġisimhom, mixtieqa minn Alla stess bħala espressjoni tal-komunjoni l-iktar profonda ukoll tal-ispirtu tagħhom u ta’ qalbhom, imwettqa b’tant rispett daqskemm ta’ tenerezza, iġġedded id-dinamiżmu u ż-żgħożija tal-impenn sollenni tagħhom, tal-ewwel “iva” tagħhom!

L-għaqda tal-karattri tagħhom: tħobb esseri jfisser tħobb dak li hu, hu li tħobbu sal-punt li tikkultiva fih l-antidotu tad-dgħufijiet tiegħu jew tad-difetti tiegħu, per eżempju l-kalma u s-sabar jekk il-parti l-oħra hija nieqsa minnhom bil-kbir.

L-għaqda tal-qlub! L-isfumaturi li jiddiffirenzjaw l-imħabba tar-raġel minn dik tal-mara huma bla numru, Kull parti mit-tnejn ma tistax tesiġi li tkun maħbuba bħal ma tħobb hi. U dan jeħtieġ – min-naħa tat-tnejn – li jirrinunzjaw għaċ-ċanfir sigriet li jifred lil qlubhom u li jeħilsu lilhom infushom minn din il-piena filwaqt l-iktar favorevoli. Argument komuni li tassew jgħaqqad huwa dak tal-ferħ u qablu, dak tat-tbatija tal-qalb. Imma huwa fuq kollox fl-imħabba komuni tal-ulied li l-għaqda tal-qlub tissaħħaħ.

L-għaqda tal-intelliġenzi u tar-ridiet! Il-miżżewġin huma żewġ qawwiet iddiversifikati imma magħqudin għas-servizz reċiproku tagħhom, għas-servizz ta’ darhom, tal-ambjent soċjali tagħhom, għas-servizz ta’ Alla. Il-qbil essenzjali għandu juri ruħu fid-determinazzjoni u fl-insegwiment ta’ oġġettivi komuni. Ir-raġel iktar enerġiku għandu jsostni r-rieda tal-mara, kultant kumpletament jieħu postha, jagħmilha bi prudenza, b’mod edukattiv, ta’ spalla.

Fl-aħħarnett l-għaqda tal-erwieħ, huma stess magħqudin ma’ Alla! Kull parti mill-miżżewġin għandha tirriserva xi waqtiet ta’ solitudni ma’ Alla, ta’ “qalb ma’ qalb” li fihom ir-raġel ma jkunx l-ewwel preokkupazzjoni. Din il-ħajja personali ndispensabbli tar-ruħ ma’ Alla hija bogħod mill-esklużjoni tal-argument komuni tal-ħajja kollha konjugali u familjari. Għall-kntrarju, din tistimola lill-miżżewġin insara biex ifittxu lil Alla flimkien, biex jiskopru flimkien ir-rieda tiegħu u jwettquha b’mod konkret bid-dwal u bl-energiji allokati minn Alla nnifsu.

5. Tali viżjoni u tali twettiq tal-patt bejn il-mara u r-raġel jissuperaw b’mod singulari x-xewqa spontanja li tgħaqqadhom. Iż-żwieġ huwa għalihom tassew mixja ta’ promozzjoni u ta’ qdusija. Hija sors tal-ħajja! L-Afrikani m’għandhomx rispett ta’ min jammirrah għall-ħajja li qiegħda titnissel?

Huma jħobbu b’mod profond lit-tfal. Huma jilqgħuhom b’ferħ kbir. Il-ġenituri nsara jafu jqiegħdu lil uliedhom fit-triq ta’ eżistenza magħrufa għall-valuri umani u nsara. Waqt li juruhom f’kollox stil ta’ ħajja, b’mod kuraġġuż rivedut u pperfezzjonat, dak li jfisser ir-rispett ta’ kull persuna, is-servizz diżinteressat tal-oħrajn, ir-rinunzja għall-kapriċċi, il-maħfra spiss ripetuta, il-lealtà fil-ħwejjeġ kollha, ix-xogħol kuxjenzjuż, il-laqgħa ta’ fidi mal-Mulej, il-miżżewġin insara jintroduċu lil uliedhom fis-sigriet ta’ eżistenza li rnexxielha li tegħleb b’mod singulari l-iskoperta ta’ “post tajjeb”.

6. Iż-żwieġ nisrani huwa barra minn dan imsejjaħ biex ikun ħmira ta’ progress morali għas-soċjetà. Ir-rejaliżmu jwassalna li nagħrfu t-theddid li jagħfas fuq il-familja bħala stituzzjoni naturali u nisranija fl-Afrika bħal f’postijiet oħra, mill-fatt li ċerti drawwiet u wkoll minħabba l-fatt ta’ tibdil kulturali li kull ma jmur qiegħed jiġġeneralizza ruħu. Ma jidhrilkomx li tistgħu tqabblu l-familja moderna ma’ kenura tbaħħar fuq il-baħar u tibqà għaddejja għal triqtha f’nofs l-ilmijiet imqallba u l-ostakli? Intom tafu daqsi kif il-kunċetti tal-fedeltà u tal-indissolubiltà qegħdin jiġu meqruda mill-opinjoni pubblika. Tafu wkoll li l-fraġilità u t-tifrik tal-familji jiġġenera segwitu ta’ miżerji, ukoll jekk is-solidarjetà familjari Afrikana jfittxu li jirrimedjaw għal dak li għandu x’jaqsam mal-kura tat-tfal. Il-fokolari nsara – imħejjija b’mod solidu u segwiti b’mod xieraq – iridu jaħdmu bla qtugħ il-qalb għar-restawr tal-familja li hija l-ewwel ċellula tas-soċjetà u għandha tibqà skola ta’ virtujiet soċjali. L-istat m’għandux jibżà minn dawn il-familji imma għandu jipproteġihom.

7. Ħmira tas-soċjetà, il-familja għadha preżenza, epifanija ta’ Alla fid-dinja, Il-kostituzzjoni pastorali Gaudium et Spes” (Gaudium et Spes, 48) fiha paġni mdawla dwar ir-radjazzjoni ta’ din il-“komunità profonda ta’ ħajja u ta’ mħabba” li hija fl-istess ħin il-komunità ewlenissma ekkleżżjali tal-bażi. “Il-familja nisranija, ladarba titnissel miż-żwieġ, li huwa x-xbiha u l-partiċipazzjoni tal-patt tal-imħabba li tgħaqqad lil Kristu u lill-Knisja, se tirrendi manifesta lill-bnedmin kollha l-preżenza ħajja tas-“Salvatur fid-dinja u l-vera natura tal-Knisja, kemm bl-imħabba tal-miżżewġin, kif ukoll permezz tal-fertilità ġeneruża tagħhom, l-għaqda u l-fedeltà ta’ darhom, kif ukoll permezz tal-koperazzjoni amorevoli tal-membri kollha tagħha”. Liema dinjità u liema responsabiltà! Iva, dan is-sagrament huwa kbir! U jalla l-miżżewġin ikollhom fiduċja: il-fidi tagħhom tassikuralhom li huma jirċievu, flimkien mas-sagrament, il-qawwa ta’ Alla, grazzja li takkumpanjahom tul ħajjithom.

Jalla huma ma jittraskuraw qatt li jingħaqdu ma’ dan is-sors ibaqbaq li hemm ġo fihom.

8. Ma rridx intemm din il-meditazzjoni mingħajr ma ninkuraġġixxi b’mod l-iktar ħaj lill-Isqfijiet tal-Afrika biex ikomplu – minkejja l-wisq magħrufa dikkikultajiet – l-isforzi tagħhom fil-“pastorali tal-familji nsara” b’dinamiżmu mġedded u tama f’kull prova. Naf li din diġa hi l-preokkupazzjoni kostanti ta’ bosta u dan jien napprezzah. Nifraħ ugwalment mal-familji numerużi Afrikani li diġa jwettqu l-ideal nisrani li dwaru tkellimt, b’tali kwalitajiet speċifikament Afrikani, u li huma għal bosta oħrajn eżempju u tifkira. Imma ippermettuli li ninsisti

Mingħajr ma nabbandunaw xejn mill-preokkupazzjonijiet tagħhom għall-formazzjoni umana u reliġjuża tat-tfal u tal-adoloxxenti, u waqt li nqisu s-sensibiltà u d-drawwiet Afrikani, id-dijoċesijiet għandhom ftit ftit jinstawraw pastorali ndirizzata għaż-żewġ miżżewġin flimkien u mhux jindirizzaw biss il-wieħed jew lill-waħda mill-koppja, billi nikuraġġixxuhom ħalli jsegwu tħejjija vera għall-ħajja miżżewġa,. Jalla tiġi ntensifikata t-tħejjija taż-żgħażagħ għaż-żwieġ li tirrivelalhom is-sens tal-identità nisranija tal-koppja, timmaturahom għar-relazzjonijiet interpersonali u għar-responsabiltajiet tagħhom familjari u soċjali. Dawn iċ-ċentri ta’ tħejjija għaż-żwieġ jinħtieġu l-appoġġ solidali tad-dijoċesijiet u tal-konkors ġeneruż u kompitenti ta’ saċerdoti. Ta’ esperti u ta’ familji kapaċi li jwasslu xhieda ta’ kwalità. Ninsisti fuq kollox dwar l-għajnuna reċiproka li kull koppja nisranija tistà twassal lil oħra.

9. Din il-pastorali familjari għandha wkoll takkumpanja lill-familji żgħażagħ ftit ftit sa ma huma jistabilixxu lilhom infushom. Jiem ta’ qawnien spiritwali, irtiri, laqgħat ta’ familji isostnu lill-koppji żgħażagħ fil-mixja tagħhom umana u nisranija. Jalla fl-okkażjonijiet kollha wieħed jimmira għal ekwilibriju tajjeb bejn il-formazzjoni duttrinali u l-animazzjoni spiritwali. Il-parti tal-meditazzjoni, tal-konversazzjoni ma’ Alla hija fundamentali. Huwa qribu li l-miżżewġin jiksbu l-grazzja tal-fedeltà, jifhmu u jaċċettaw il-bżonn tat-tlugħ generatur tal-vera libertà, jerġgħu jaqbdu jew jiddeċiedu l-impenji tagħhom familjari u soċjali li jagħmlu minn darhom dar imdawla. Ikun mingħajr dubju tassew utli li l-familji ta’ parroċċa u ta’ dijoċesi jinġabru flimkien biex jikkostitwixxu ragruppament familjari wiesà, mhux biss biex jgħinu lill-koppji nsara biex jgħixu skont il-Vanġelu, imma biex jikkontribwixxu għar-restawr tal-familja  waqt li jiddefendu l-valuri tagħha kontra l-attakki ta’ kull tip u f’isem id-drittijiet tal-bniedem u taċ-ċittadin. Fuq dan il-pjan fundamentali tal-pastorali familjari, dejjem iktar adegwat għall-bżonnijiet tal-epoka tagħna u tar-reġgjuni tagħkom jiena mill-ġdid inqiegħed il-fiduċja sħiħa fikom Isqfijiet, ħuti għeżież fl-episkopat.

10.Jalla ssibu f’din il-konversazzjoni is-sinjal tal-interess maġġur li l-Papa jġorrr għall-problemi kbar tal-familja, ix-xhieda tal-fiduċja tiegħu u tat-tama tiegħu fikom familji nsara u l-kuraġġ biex toperaw intom stess iktar minn qatt qabel, fuq din l-art tal-Afrika, għall-ġid maġġur tan-nazzjonijiet tagħkom u għall-unur tal-Knisja ta’ Kristu, għall-kostruzzjoni solida ta’ komunitajiet familjari “ta’ ħajja u ta’ mħabba” skont il-Vanġelu! Jiena nwegħedkom li nġorr dejjem f’qalbi u f’talbi din l-intenzjoni kbira. Jalla Alla, li rrivela ruħu li hu familja fl-unità tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu, iberikkom u jalla l-barka tiegħu tibqà fuqkom għal dejjem.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb