Inawgurazzjoni tar-restawr fil-Bażilka Minuri ta’ San Pawl


Il-Ħadd, 8 ta’ Novembru 2020: L-Isqof Awżiljarju Mons. Joe Galea Curmi fl-okkazjoni tal-inawgurazzjoni tar-restawr li sar tal-pitturi fis-saqaf tal-kappella ddedikata lil San Anton abbati. Bażilka Minuri ta’ San Pawl.

Messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Mons. Joe Galea Curmi

Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu fuq dan ix-xogħol ta’ restawr u konservazzjoni. Nirringrazzja lill-Arċipriet Kanonku Louis Suban u l-Kapitlu tal-Kolleġġjata, flimkien mal-poplu tar-Rabat li ta s-sehem tiegħu; kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej – fondi li tant kienu importanti għal din il-ħidma li saret; lil Recoop Ltd, lill-EMCS u lill-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali Kattoliku tal-Arċidjoċesi, u lil dawk kollha involuti b’mod professjonali f’din il-ħidma.

Meta nagħmlu ħidma bħal din li saret, hi ta’ ġid għall-poplu tar-Rabat u għall-komunità parrokkjali tar-Rabat, imma wkoll ta’ ġid għall-Knisja kollha f’Malta u s-soċjetà Maltija.  Meta aħna nieħdu ħsieb il-wirt artistiku, kulturali u reliġjuż, qegħdin nagħtu messaġġ importanti li dak li hu sabiħ aħna rridu nħarsuh u nipproteġuh, u dak li hu sabiħ jiswa ħafna għall-bini tas-soċjetà. Għalhekk qed nagħmlu xi ħaġa tassew ta’ valur.

Hi ta’ valur għal-lum u wkoll ta’ valur kbir għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-messaġġ hu li rridu ngħaddu lil ta’ warajna dak li hu sabiħ, u l-apprezzament ta’ dak li hu sabiħ. Għalhekk nixtieq nuri l-apprezzament tal-Knisja għal din il-ħidma li ssir li qed tgħin lis-soċjetà Maltija kollha – mhux biss komunità lokali – u qed issir ukoll b’kollaborazzjoni siewja flimkien li hi ta’ ġid kbir.

Nirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor ta sehmu biex isir dan ir-restawr, li jkompli jsebbaħ din il-Bażilka Minuri ta’ San Pawl, li diġà għandha storja kbira u sabiħa, u li għandna dejjem inħarsuha.

Joseph Galea Curmi

Isqof Awżiljarju

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.