Il-Papa jitlob għall-bdiewa li ġew massakrati fin-Niġerja.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku jappella għat-talb għan-Niġerja, fejn grupp ta’ terroristi qatlu ‘l fuq minn 100 ħaddiem ta’ razzett fil-grigal tal-pajjiż. “Irrid nassigura t-talb tiegħi għan-Niġerja, fejn sfortunatament id-demm inxtered għal darb’oħra f’attakk terroristiku”.

Il-Papa Franġisku ta’ dik l-assigurazzjoni f’kummenti fi tmiem l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa. Huwa qed jirreferi għal massakru li seħħ nhar is-Sibt fil-villaġġ ta’ Zabarmari, fl-Istat ta’ Borno.

Il-Papa ddeplora l-mewt ta’ ‘l fuq minn 100 ħaddiem tal-biedja, li skont ix-xhieda, ħafna minnhom qatawlhom rashom waqt li kienu fl-għelieqi. “Jalla Alla jilqagħhom fil-paċi tiegħu u jserraħ lill-familji tagħhom, u jikkonverti l-qlub ta’ dawk li jagħmlu atroċitajiet simili li joffendu isem Alla,” talab il-Papa.

Ħadd għadu ma ħa r-responsabbiltà għall-attakk, iżda s-suspetti waqgħu jew fuq il-Boko Haram jew fuq fergħa tal-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku. Il-gruppi ribelli Iżlamiċi kienu responsabbli għal mill-inqas 30,000 mewt matul dawn l-aħħar snin.

In-Nazzjonijiet Uniti u l-President tan-Niġerja Muhammadu Buhari kkundanaw il-qtil tas-Sibt, li jimmarka l-aktar attakk vjolenti fuq persuni ċivili fin-Niġerja f’din is-sena.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-12/pope-francis-appeal-nigeria-farmworkers-killed-boko-haram.html

%d bloggers like this: