L-istazzjoni Tv2000 ser ixandar 5 films fuq il-Papiet tas-seklu għoxrin.
Mit-18 ta’ Jannar, kull nhar ta’ Tnejn, fuq l-istazzjon Tv2000, ser jintwera filmat minn mini-series ta’ ħamsa li għandhom bħala protagonisti xi Papiet tas-seklu għoxrin: Ġwanni XXIII, Pawlu VI, Ġwanni Pawli I u Ġwanni Pawlu II.
It-Tnejn 18 u 25 ta’ Jannar, ser jiġi mxandar il-film “Il Papa Buono” ta’ Ricky Tognazi, fuq il-Papa Ġwanni XXIII, segwit mill-film fuq il-Papa Pawlu VI. “Il Papa nella tempesta” ta’ Fabrizio Costa li ser jintwera fl-1 u 8 ta’ Frar. Il-Film “Papa Luċiani: Il sorriso di Dio”, ta’ Giorgio Capitani ser jintwera fil-15 u 22 ta’ Frar. Kif ukoll żewġ films ta’ Giacomo Battiato fuq il-Papa Ġwanni Pawlu II, wieħed jismu: “Karol. Un uomo diventato Papa”, li ser jixxandar fl-1 u 8 ta’ Marzu, kif ukoll il-film “Karol. Un Papa rimasto uomo”, li ħa jiġi muri fil-15 u 22 ta’ Marzu.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2021/1/15/televisione-tv2000-dal-18-gennaio-5-film-sui-papi-del-novecento/