Il-Papa Franġisku u l-Papa Emeritu Benedittu XVI jirċievu l-vaċċin tal-Covid-19.
Il-kampanja tat-tilqim kontra l-Covid-19 li bdiet nhar l-Erbgħa fil-Vatikan, tkompliet billi l-Papa Franġisku u l-Papa Emeritu Benedittu XVI irċievew l-ewwel dożi tagħhom tal-vaċċin. “Nista’ nikkonferma li bħala parti mill-programm ta’ tilqim tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, il-lum, l-ewwel doża tal-vaċċin tal-Covid-19 ġiet amministrata lill-Papa Franġsiku u lill-Papa Emeritu”. Dan qalu Matteo Bruno, direttur tal-Uffiċċju Stampa għall-Vatikan.
Nhar il-Ħadd li għadda l-Papa Franġsiku kien ħabbar waqt intervista mal-istazzjoni tat-Televiżjoni Taljan Tg5 li kien ippjanat li matul il-ġimgħa kien ser jirċievi l-vaċċin. Il-Papa rrefera għat-tilqima bħala “azzjoni etika, għax int qiegħed tpoġġi f’riskju l-saħtek, imma wkoll ħajjet ħaddieħor”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-01/pope-francis-benedict-xvi-covid-19-vaccine.html