Messaġġ mill-Papa wara l-isplużżjoni f’Madrid

Tard l-Erbgħa filgħaxija l-Papa Franġisku bagħat telegramma lill-Kardinal Arċisqof ta’ Madrid, Carlos Osoro Sierra, biex jesprimi s-sogħba tiegħu għall-vittmi ta’ splużjoni fil-belt Spanjola ta’ Madrid, li qatlet 4 persuni nkluż saċerdot Kattoliku. Il-Papa Franġisku qal li qed jitlob għall-vittmi, għall-midruba u l-familji tagħhom. Huwa fada lil dawk kollha milquta taħt l-interċessjoni tal-Madonna tal-Almudena, l-patruna ta’ Madrid.

L-awtoritajiet qalu li l-isplużjoni x’aktarx kienet ikkawżata minn tnixxija ta’ gass fis-sulari ta’ fuq tal-bini tal-Knisja Kattolika. Tlett persuni mietu fuq il-post, filwaqt li saċerdot ta’ 36 sena li nħareġ minn taħt it-terrapin u ttieħed l-isptar tilef ħajtu l-għada filgħodu bil-ġrieħi li hu sofra. 11-il persuna oħra weġgħu fl-isplużjoni.

Il-bini meqrud fl-isplużjoni kien proprjetà tal-Knisja parrokkjali. Kien parti minn kumpless użat bħala residenza għat-taħriġ tas-saċerdoti, kif ukoll kien jipprovdi ikliet għal dawk li ma għandhomx saqaf fuq rashom. Il-mibki Fr Rubén, li miet l-isptar, serva bħala saċerdot fil-parroċċa. Hu ġie ordnat f’Ġunju li għadda.

Ara is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-01/pope-francis-telegram-spain-madrid-explosion-priest.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.