Jopponu r-rimi ta’ ilma radjuattiv fil-baħar.

Print Friendly, PDF & Email

Isqfijiet Ġappuniżi u Koreani jopponu r-rimi ta’ ilma radjuattiv fil-baħar.

L-Isqfijiet Kattoliċi fil-Korea t’isfel u l-Ġappun ħarġu stqarrija konġunta li opponew id-deċiżjoni tal-gvern Ġappuniż li jarmi l-ilma radjuattiv tal-impjant nukleari ta’ Fakushima li hu bil-ħsara, fil-baħar.

Fil-11 ta’ Marzu 2011, terremot ta’ kobor ta’ 9.0 fuq skala rector laqat il-kosta tal-grigal tal-Ġappun, u kkawża tsunami ta’ 15-il metru. Li għamel ħsara kbira fuq l-istazzjoni Nukleari ta’ Fakushima Daiichi. Il-kollass kien ikkunsidrat bħala l-agħar inċident nukleari mid-diżastru ta’ Chernobyl, li seħħ fl-1986.

Wara ħafna snin ta’ dibattitu rigward ir-rimi ta’ likwidu mill-impjant imdgħajjef, li jinkludi ilma użat biex titkessaħ il-faċilità. L-awtoritajiet Ġappuniżi issa ddeċidew li jirrilaxxaw miljun tunnellata ta’ ilma trattat fil-baħar. Il-pjan inizjali kien li l-ilma jibda jinħeles mill-2022, iżda skond il-midja Ġappuniza, deċiżjoni finali għadha ma ttieħditx.

Ix-xjentisti, ambjentalisti u gruppi tas-sajd opponew l-idea li l-ilma kontaminat jintefa’ fil-baħar, li jwassal għar-riskji possibli. Dikjarazzjoni konġunta mill-Kummissjonijiet tal-Ġustizzja u Paċi tal-konferenzi episkopali tal-Korea u tal-Ġappun, l-isqof ekoloġiku tal-Korea u l-kumitat ambjentali u s-sottokumitat tad-denuklearizzazzjoni tal-isqfijiet Ġappuniċi għall-paċi stqarrew: “li qed jopponu r-rilaxx ta’ ilma li fih it-tritju, materjal radjuattiv li ġie ppurifikat u trattat, li jintefa’ fl-oċean”.

Id-dikjarazzjoni ġibdet l-attenzjoni tal-Prim Ministru Yoshihide Suga, tal-ministru tal-ekonomija, l-kumerċ u l-industrija, tal-ministru tal-ambjent, tal-ministru tar-rikostruzzjoni u s-segretarju tar-riżorsi tal-enerġija.

L-isqfijiet taż-żewġ pajjiżi esprimew tħassib li r-rapport mill-gvern Ġappuniż ma jsemmix l-effetti li l-ilma trattat bl-ALPS għandu fuq il-ħajja tal-baħar, l-ambjent tal-baħar u s-saħħa tal-bniedem. Huma qalu l-ilma trattat “fih it-tritju, li huwa materjal radjuattiv”. L-isqfijiet qalu li dan l-ilma trattat “għadu fl-istadju tal-ittestjar, u ma nkisbu l-ebda riżultati definiti”. Huma żiedu jgħidu “li ladarba jintrema fl-oċean, materjal radju-attiv huwa rriversabli, u li ser ikollu mpatt fuq in-natura u l-bnedmin, li ser jikkawża ansjetà w ħsara akbar lin-nies madwar id-dinja”.

“Għandna r-responsabbiltà li nagħtu lill-ġenerazzjonijiet futuri ambjent globali fejn verament nistgħu ngħixu bla periklu u bis-serħan tal-moħħ”, kitbu l-isqfijiet, waqt li għamlu referenza għall-enċiklika ‘Laudato Si’ maħruġa mill-Papa Franġisku fl-2015. Il-Qdusija Tiegħu, l-Papa Franġisku, f’din l-enċiklika kien kiteb hekk: “Peress lid-dinja ġiet mogħtija lilna, ma nistgħux nibqgħu naraw ir-realtà b’mod purament utilitarju, li fih l-effiċjenza u l-produttività huma kompletament immirati għall-benefiċċju ndividwali tagħna. Is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, mhix fakultattiva, iżda pjuttost kwistjoni bażika ta’ ġustizzja, peress li d-dinja li rċivejna tappartjeni wkoll għal dawk li se jsegwuna”.

Fi stqarrija separata, l-kumitat ekoloġiku u ambjentali tal-isqfijiet Koreani esprima tħassib dwar it-tnixxija riċenti tat-tritju fl-impant nukleari ta’ Wolseong f’Gyeongju, fil-Korea t’isfel. Fis-7 ta’ Jannar, il-midja Koreana rrappurtat tnixxija radjuattiva mill-impjant, li waslet lill-Korea Hydro and Nuclear Power Company biex tinvestiga. Ir-riżultati inizjali esponew firxa wiesgħa ta’ kontaminazzjoni radju-attiva fl-impjant u ż-żoni tal-madwar.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-02/korea-japan-bishops-fukushima-nuclear-radioactive-water-ocean.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d