Persuni li għandhom learning disabilities mhux se jingħataw kura respiratorja jekk jintlaqtu serjament mit-tieni mewġa tal-pandemija.
-Isqfijiet tal-Ingilterra u ta’ Wales ħarġu stqarrija dwar ordni, li huma sejħu inaċċettabbli u immorali, li ħarġet mill-awtoritajiet tas-saħħa fiż-żewġ pajjiżi. L-ordni qed tinforma li l-persuni li għandhom learning disabilities mhux se jingħataw kura respiratorja jekk jintlaqtu serjament mit-tieni mewġa tal-pandemija.
L-Isqfijiet urew id-dieqa tagħhom għal din l-ordni, li ddeskrivew bħala inaċċettabbli u immorali. L-Isqfijiet qalu hekk: “Fi żmien meta t-tama qiegħda dejjem tiżdied bil-programmi tat-tilqim, huwa xokkanti tisma’ li nies b’learning disabilities se jkunu vittmi ta’ din id-diskriminazzjoni. Kull ħajja umana tingħata d-dinjità tagħha minn Alla sa’ mill-mument tal-koncepiment u l-ebda persuna m’għandha titqies skont is-saħħa mentali jew il-ħila tagħha. Diskrimnazzjoni ta’ din ix xorta fis-servizz tas-saħħa tal-pajjiż mhix aċċettabbli.”
L-Isqfijiet qalu wkoll li t-trattament u l-kura għandhom jiġu mfassla skont il-bżonn tal-persuna.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea