Jinsteraq Tabernaklu bl-Ostji f’Zambia

Print Friendly, PDF & Email

Kmieni filgħodu nhar it-Tnejn 22 ta’ Frar, ħallelin daħlu fil-knisja Kattolika ta’ San Ġwann, f’Kanfinsa, Kitwe, li hi t-tieni l-ikbar belt fiż-Żambja u serqu Tabernaklu mimli bl-Ostji.

Id-Dekan ta’ Kamfinsa, Fr Ferdinand Banda, qal li l-ħallelin ħadu wkoll żewġ loudspeakers u strument tal-mużika li iktar tard instabu f’għalqa abbandunata tax-xgħajr.

Id-Dekan irraporta s-serqa lill-pulizija tal-lokal imma l-ħallelin, bit-Tabernaklu li serqu, baqgħu ma nstabux.

https://www.vaticannews.va/en/africa/news/2021-02/zambia-thieves-steal-tabernacle-containing-holy-eucharist.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: