Hekk kif id-dinja timmarka s-16-il Jum Dinji tal-Mard Rari, l-Ħadd, il-Papa Franġisku, talab lil Alla għall-ħafna nies, speċjalment it-tfal li huma milquta minn marda rari.
Wara t-talba tal-Angelus, il-Papa rringrazzja lir-riċerkaturi mediċi għax-xogħol tagħhom biex jiddijanostikaw u jiskopru trattamenti għal mard rari. “Meta tittratta marda rari, n-networks ta’ solidarjetà huma aktar importanti minn qatt qabel,” huwa qal. “Huma jgħinnu biex iżommu lil dawk li qed ibatu milli jħossuhom waħedhom u jħeġġu biex jaqsmu esperjenzi u pariri.”
Il-Papa Franġisku esprima wkoll il-qrubija tiegħu ma’ dawk li huma morda, speċjalment it-tfal, u l-familji tagħhom. Huwa ħeġġeġ lil kulħadd biex ikunu “qrib it-tfal morda li qed ibatu, jitolbu għalihom u jgħinuhom iħossu l-imħabba u t-tenerezza t’Alla.” Ejjew nitolbu għan-nies kollha li għandhom marda rari,” qal il-Papa. “Nitolbu speċjalment għat-tfal li jbatu.”
Separatament, il-Prefett tad-Dikasterju għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Uman Integrali ħareġ messaġġ fejn talab għall-protezzjoni tal-membri l-iktar vulnerabbli tas-soċjetà. Huwa qal li persuni b’mard rari “huma fost l-aktar gruppi vulnerabbli fis-soċjetà.” Huma jbatu minn mard li ħafna drabi ma jkollhomx fejqan u ġeneralment jibqgħu jbatu tul il-ħajja.
Il-Kardinal Peter Turkson iddeplora li ħafna minn dan il-mard spiss jiġu ttraskurati mix-xjenza medika, u għalhekk huma diffiċli biex jiġu djanjostikati u trattati. Huma u l-familji tagħhom m’għandhomx aċċess għal kura edukattiva, ekonomika u soċjali xierqa. Allura, l-Kardinal ħeġġeġ lil dawk li jfasslu l-politika u lill-istituzzjonijiet biex “jiggarantixxu d-dritt għas-saħħa” għan-nies kollha, speċjalment dawk li jbatu minn mard rari.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-02/pope-francis-cardinal-turkson-message-world-rare-diseases-day.html