Il-Knisja dwar id-dejn lill-pajjiżi foqra

Print Friendly, PDF & Email

Aġenziji Kattoliċi jħeġġu lin-nazzjonijiet tal-G20 biex jaħfru d-dejn lill-pajjiżi foqra

Organizzazzjonijiet tal-ġustizzja soċjali Kattoliċi ġeddew is-sejħa tagħhom għall-kanċellazzjoni tad-dejn u l-appoġġ finanzjarju lill-ifqar pajjiżi fid-dawl tal-kriżi attwali tal-Covid-19.

Fi stqarrija ppubblikata qabel il-laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali tal-G20, li saret il-Ġimgħa b’mod virtwali, n-network Kattoliku internazzjonali għall-iżvillupp u s-solidarjetà (CIDSE) ħeġġeġ lill-ekonomiji ewlenin tad-dinja biex jirrispondu għall-kriżi b’kooperazzjoni u solidarjetà. Huma enfasizzaw il-kliem tal-Papa Franġisku li “ma jistax ikun mistenni li d-djun li ġew ikkuntrattati għandhom jitħallsu bil-prezz ta’ sagrifiċċji nsupportabbli”.

CIDSE tinnota li “Filwaqt it-telf traġiku ta’ ħajjiet, il-Covid-19, f’ħafna pajjiżi foqra,  wassal lis-sistemi tal-kura tas-saħħa f’kollass, kif ukoll ħalla miljuni ta’ nies mingħajr impjiegi u għixien, u tnaqqis fl-ekonomija.” Skond in-network Kattoliku, l-kriżi aggravat l-inugwaljanzi eżistenti “fejn l-pajjiżi l-aktar b’saħħithom jistgħu jużaw il-pożizzjoni u l-poter tagħhom biex jiżguraw aċċess għall-vaċċini u jappoġġjaw l-irkupru ekonomiku tagħhom stess.” Filwaqt li tikkombina wkoll “l-isfidi għal ħafna pajjiżi li qed jitħabbtu mal-impatti tat-tibdil fil-klima.”

L-organizzazzjonijiet irrimarkaw li “l-prijorità mmedjata għall-pajjiżi kollha hija li ssalva l-ħajjiet u tappoġġja l-għixien, u l-kanċellazzjoni tad-dejn hija l-iktar mod rapidu biex dan jiġi ffinanzjat.” Huma żiedu li, fit-tul, “hu meħtieġ ristrutturar permanenti tad-dejn u finazi ġodda biex jerġgħu jinbnew soċjetajiet u ekonomiji li jpoġġu l-ewwel il-bżonnijiet tal-ifqar u l-aktar persuni vulnerabbli, li jieħdu ħsieb id-dar komuni tagħna u jindirazzaw il-kriżi tal-klima.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-02/cidse-g20-call-debt-relief-developing-nations-covid.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: