Il-Papa Emeritu Benedittu XVI: “M’hemmx żewġ Papiet”
“M’hemmx żewġ Papiet. Il-Papa huwa wieħed,” tenna l-Papa Emeritu Benedittu XVI, f’intervista li saret miegħu mill-Corriere della Sera.
Ir-riżenja tal-Papa Emeritu Benedittu XVI mill-papat, li saret effettiva tmien snin ilu, (28 ta’ Frar 2013) kienet “għażla diffiċli”, iżda għamilha “b’kuxjenza sħiħa” – u li ma jiddispjaċihx li għamilha. Għal darb’oħra, l-Papa Emeritu, għalkemm b’vuċi baxxa, rripeta dak li diġà qal diversi drabi biex ixejjen lill-“ħbieb kemmxejn fanatiċi” li jibqgħu jaraw “it-teoriji ta’ konspirazzjoni” wara li deċieda li jħalli s-Sedja ta’ Pietru billi rtira għal raġunijiet ta’ xjuħija.
“Kienet deċiżjoni diffiċli, imma għamiltha b’kuxjenza sħiħa, u nemmen li għamilt tajjeb”, spjega l-Papa Emeritu. “Uħud mill-ħbieb tiegħi li huma daqsxejn ‘fanatiċi’ għadhom irrabjati; ma jridux jaċċettaw l-għażla li għamilt. Qed naħseb dwar it-teoriji tal-konspirazzjoni li segwewha: dawk li qalu li kien minħabba l-iskandlu Vatileaks, dawk li qalu li kien minħabba l-każ tat-teologu konservattiv Lefebvrian, Richard Williamson. Huma ma ridux jemmnu li kienet deċiżjoni konxja, iżda l-kuxjenza tiegħi hija ċara”.
Fl-intervista, Benedittu XVI tkellem ukoll dwar il-Vjaġġ Appostoliku li ser jagħmel il-Papa Franġisku fl-Iraq. “Naħseb li huwa vjaġġ importanti ħafna”, huwa qal. “Sfortunatament, qed jiġi fi żmien diffiċli ħafna li wkoll jagħmlu vjaġġ perikoluż għal raġunijiet ta’ sigurtà w anke minħabba l-Covid-19. Hemm ukoll is-sitwazzjoni nstabbli fil-pajjiż. Se nakkumpanja lil Franġisku bit-talb tiegħi.”
Aktar … https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-emeritus-benedict-xvi-renunciation.html