Lezzjoni II: San Turibju

Print Friendly, PDF & Email

23 ta’ Marzu: S. TURIBJU TA’ MONGROVEJO, ISQOF

Tifkira

San Turibju twieled fi Spanja għall-ħabta tal-1538, u studja l-liġi kanonika f’Salamanka. Fl-1580 inħatar arċisqof ta’ Lima, fil-Perù. Mimli ħeġġa appostolika, sikwit laqqa’ sinodi li mexxew ħafna ’l quddiem il-ħajja reliġjuża f’dik l-art kollha. Iddefenda b’qawwa kbira l-jeddijiet tal-Knisja, ħaseb bla heda għall-merħla afdata f’idejh u kien sikwit iżurha, u ħabrek ħafna għall-indiġeni. Miet fl-1606.

LEZZJONI

Qari mid-Digriet tal-Konċilju Vatikan it-tieni, fuq L-uffiċċju pastorali tal-sqfijiet fil-Knisja

(Nn12-13/16)

Imħejjija għal kull ħidma tajba

L-isqfijiet għandhom l-uffiċċju li jgħallmu. Waħda mill-aqwa ħwejjeġ li dan l-ufflċċju jitlob minnhom hija dik li jxandru l-Evanġelju ta’ Kristu lill-bnedmin, u, bil-qawwa tal-Ispirtu, isejħulhom għall-fidi jew iwettquhom fil-fidi ħajja; huma għandhom iqiegħdu quddiemhom il-misteru ta’ Kristu kollu kemm hu, jiġifieri dawk il-veritajiet li min ma jafhomx ma jafx lil Kristu; u hekk ukoll juruhom it-triq li Alla rrivela biex il-bnedmin jagħtuh glorja u fl-istess ħin jiksbu l-hena ta’ dejjem.

Barra minn dan għandhom ifissru li l-ħwejjeġ maħluqa tal-art u l-ħidmiet tal-bniedem, skond il-pjan ta’ Alla li ħalaq kollox, huma wkoll qegħdin għas-salvazzjoni tal-bnedmin, u għalhekk jistgħu jiswew mhux ftit għall-bini tal-ġisem ta’ Kristu.

Għalhekk jgħallmuhom, skond id-duttrina tal-Knisja, xi stima għandu jkollna lejn il-persuna tal-bniedem, bil-libertà tiegħu u l-istess ħajja tiegħu fil-ġisem; lejn il-familja u l-għaqda tagħha li ma tinħallx, bis-setgħa tagħha li tnissel u trabbi l-ulied; lejn is-soċjetà ċivili, bil-liġijiet l-professjonijiet tagħha, u x-xogħol u l-mistrieħ, u t-tħabrik artistiku u tekniku; lejn il-faqar u l-għana. Ifissrulhom ukoll kif jistgħu jinħallu l-problemi tassew tqal dwar il-proprjetà u t-tkattir u t-tqassim ġust tal-ġid materjali, dwar il-paċi u l-gwerra, u dwar ir-rabta ta’ aħwa bejn il-popli kollha.

Huma għandhom iqegħdulhom quddiemhom id-duttrina nisranija b’mod li jwieġeb tajjeb għall-ħtiġiet taż-żmien, jiġifieri għad-difflkultajiet u l-problemi li

tant jagħfsu u jdejqu lill-bnedmin. Fl-istess ħin iħarsu wkoll din id-duttrina, u jgħallmu lill-fidili biex jiddefenduha u jxerrduha huma wkoll. Huma u jfissru din

id-duttrina, għandhom juru sewwa l-ħerqa tal-Knisja għall-bnedmin kollha, insara u mhumiex, u b’mod speċjali jieħdu ħsieb il-foqra u ż-żgħar fis-soċjetà, għax dawn bagħathom il-Mulej biex ixandru l-bxara t-tajba.

Huma u jaqdu l-uffiċċju tagħhom ta’ missirijiet u rgħajja, l-isqfijiet fost il-poplu tagħhom għandhom joqogħdu bħal dawk fi jagħrfu lilhom, tassew missirijiet aqwa mill-oħrajn fl-imħabba u l-ħerqa għal kulħadd, mogħnijin b’dik is-setgħa, mogħtija lilhom minn Alla, li kulħadd joqgħod għaliha b’radd ta’ ħajr. Huma għandhom jiġbru l-merħla kollha tagħhom f’familja waħda u jagħtuha dik il-formazzjoni meħtieġa biex kulħadd jagħraf u jħoss l-uffiċċju tiegħu, u jgħix u jaqdi dmiru f’xirka ta’ mħabba.

Biex iseħħilhom sewwa jagħmlu dan, kull isqof għandu jkun imħejji għal kull għemil tajjeb u jieħu kollox bis-sabar għall-imħabba ta’ dawk li huma magħżulin, u jirregola ħajtu b’mod li jadatta ruħu għall-ħtiġiet taż-żmien.

RESPONSORJU                                                        ara 1 Piet 5:2. 3-4; Atti 20:28

1. Irgħu l-merħla ta’ Alla, billi tkunu eżempju tal-merħla. * Mbagħad, meta jidher ir-Ragħaj il-kbir, tiksbu l-kuruna tas-sebħ, magħmula minn ward li qatt ma jidbiel.

2. Ħudu ħsieb tal-merħla kollha, li tagħha għamilkom għassiesa l-Ispirtu s-Santu, meta takom is-setgħa Ii tirgħu l-Knisja ta’ Alla. * Mbagħad, meta jidher ir-Ragħaj il-Kbir, tiksbu l-kuruna tas-sebħ magħmula minn ward li qatt ma jidbiel.

Fit-Tifħir ta ’ sbiħ il-jum

Ant: tal-kant ta’ Zakkarija Mhux intom tkunu Ii titkellmu, imma l-lspirtu ta’ Missierkom li jitkellem fikom.

Talba

O Alla, int kabbart il-Knisja tiegħek bil-ħidma appostolika tal-isqof San Turibju u bil-ħeġġa tiegħu għall-verità; agħmel li l-poplu kkonsagrat lilek jikber dejjem iżjed fil-fidi u l-qdusija. B’Ibnek.

Fl-Għasar

Ant. tal-kant. ta’ Marija Dan hu amministratur fidil u għaqli, li s-Sid qiegħdu fuq in-nies tad-dar, biex jagħtihom l-ikel f’waqtu.

%d bloggers like this: