“L-ewwel mediċina hija t-tama”

Print Friendly, PDF & Email

Don Marco, qassis f’sala fl-isptar fi Schiavonia jgħid: “L-ewwel mediċina li nagħti hija dik tat-tama”

Qrib il-morda sal-aħħar u flimkien mal-ħaddiema tas-saħħa biex jappoġġjahom spiritwalment fix-xogħol diffiċli tagħhom. Din hija l-‘missjoni’ delikata li qed iwettaq Dun Marco Galante, saċerdot ta’ 46 sena, li hu amministratur ta’ erba’ parroċċi f’riġlejn il-Għoljiet Euganei, u għal sitt snin kappillan fit-territorju ta’ Monselice dell’Ulss 6 Euganea.

Dun Marco ra b’għajnejh il-konsegwenzi tal-pandemija, li seħħew fl-isptar ta’ Schiavonia, l-ewwel sptar tal-Covid fil-Veneto fl-Italja, fil-provinċja ta’ Padova, fejn fil-21 ta’ Frar 2020, miet l-ewwel vittma bil-koronavirus. “Kienet esperjenza iebsa w impenjattiva. Kultant tieħu wkoll is-sens ta’ djugħfija, bħal meta pazjent jitolbok ftit arja u ma tkunx taf kif ser tgħinu,” hekk enfasizza Dun Marco.

Imlibbes bl-ilbies protettiv, huwa għamel ir-ronda ta’ kuljum fejn idur il-morda affettwati mill-virus. Dun Marco spjega li ħafna drabi l-pazjenti, speċjalment fl-ewwel jiem, jibżgħu mill-marda, peress li ma jkunux jafu kif se tevolvi. “Nismagħhom u nitlob magħhom. Anki jekk, skond il-protokol, iż-żjara trid tkun waħda ta’ malajr iktar mis-soltu”. Dun Marco stqarr li “l-virus jiżola ħafna, w allura jkollna bżonn inġiegħlu lin-nies morda jħossuhom inqas waħedihom”.

Mit-talb fis-sala għat-talb fil-knisja. Wara nofsinhar, il-kappillan jiddesika ruħu għall-aspett spiritwali, fejn jiċċelebra l-Quddiesa fil-kappella tal-isptar, li din tiġi mxandra fuq it-televiżjoni li jkun biżwit kull pazjent, biex il-morda jkunu jistgħu jitolbu lkoll flimkien, mingħajr ħadd ma jkollu bżonn jiċċaqlaq mill-kamra tiegħu. Missjoni oħra li s-saċerdot għandu hi dik li jappoġġja l-familji ta’ dawk li tilfu l-maħbubin tagħhom.

Dun Galante u 34 elf saċerdot ieħor madwar l-Italja għandhom bżonn jiġu megħjuna fit-twettiq tal-missjoni tagħhom permezz ta’ offerta għall-appoġġ tas-saċerdoti. Dan jista’ jingħata minn fuq il-websajt: http://www.insiemeaisacerdoti.it

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/chiesa/2021/03/16/un-sacerdote-in-corsia-don-marco-nel-covid-hospital-di-schiavonia-la-prima-medicina-che-somministro-e-quella-della-speranza/

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading