L-Ungerija tistenna lill-Papa

Fi triqtu lura lejn Ruma mill-Iraq nhar it-8 ta’ Marzu, Papa Franġisku qal lill-ġurnalisti li qed jippjana li jżur Budapest għal Settembru sabiex jiċċelebra l-Quddiesa ta’ għeluq il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali.  Dan il-Kungress kien sar f’Malta fis-sena 1913 u t-triq ta’ quddiem ir-Rotunda tal-Mosta kienet issemiet ‘Triq il-Kungress Ewkaristiku’ għal din ir-raġuni filwaqt li l-poeta nazzjonali Dun Karm kien kiteb l-innu ‘T’adoriam Ostia Divina’ għal dik l-okkażjoni.

Rapport għal-Laikos minn Dun Geoffrey G. Attard