Il-Papa dwar l-anzjani li jitolbu jgħajtu

Print Friendly, PDF & Email

Fl-udjenza ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa 21 t’April, il-Papa Franġisku tkellem dwar l-importanza tat-talb b’leħen għoli. La t-talb hu djalogu m’Alla, ħadd m’għandu jiddejjaq li jitlob b’leħen għoli jew minn taħt l-ilsien.

Il-Papa qal li jkun hemm min jaħseb li t-talb vokali hu xi ħaġa tat-tfal jew ta’ dawk li mhumiex ta’ skola. Irid ikollna l-umiltà tal-anzjani li jkunu fil-knisja, li forsi għax is-smigħ tagħhom m’għadux daqshekk fin ilissnu b’mod li jinstemgħu it-talb li tgħallmu meta kienu tfal. Dan it-talb, jgħid il-Papa, ma jfixkilx is-silenzju, anzi hu xhieda tad-dmir li għandna li nitolbu tul ħajjitna kollha u mingħajr qatt ma nonqsu.

Ara d-diskors kollu bil-Malti … https://www.laikos.org/papa_frangisku_udjenza_21042021.htm

L-anzjani li jitolbu b’tant umiltà spiss huma dawk li jinterċedu għall-parroċċa. Huma s-siġar li minn sena għall-oħra jiftħu l-friegħi tagħhom biex joffru d-dell lil ħafna nies. Il-Mulej biss jaf kemm il-qalb tagħhom tkun marbuta mat-talb li jkunu qed jgħidu! Żgur li dawn il-persuni kellhom iljieli ta’ dlam u ta’ vojt, imma baqgħu fidili għat t-talb vokali. Il-Papa ġab ukoll l-eżempju tal-ankra li wieħed iżomm mal-ħabel tagħha. Hekk huwa t-talb vokali

https://www.avvenire.it/papa/pagine/udienza-papa-francesco-21-04-2021

Minn Joe Galea