Xi jfisser tkun uman

Print Friendly, PDF & Email

Konferenza on-line tesplora l-mistoqsijiet fundamentali dwar xi jfisser tkun uman

Ġwanni Pawlu II ħalla minjieta ta’ kitbiet u tagħlim.  Dawn jinkludu fost l-oħrajn it-teoloġija tal-ġisem, ġabra ta’ indirizzi u kitbiet dwar iż-żwieġ, iċ-ċelibat, l-imħabba u xi jfisser tkun uman. 

Din hija r-raġuni għalfejn l-Istitut tat-Teoloġija tal-Ġisem qed jorganizza din it-tieni konferenza virtwali dwar it-tema.  Din se jkollha kelliema ta’ fama internazzjonali minn kull skala tal-ħajja u se ssir bejn it-30 ta’ April u t-2 ta’ Mejju. 

It-tagħlim ta’ San Ġwanni Pawlu II għandu jakkumpanja ħafna nies fit-triq tal-esplorazzjonijiet għal tweġibiet tal-mistoqsijiet il-kbar tal-ħajja.  Aktar minn 77,000 elf persuna minn 160 pajjiż ipparteċipaw fl-ewwel Konferenza tat-Teoloġija tal-Ġisem b’mod virtwali li saret fis-sena 2020.

https://www.romereports.com/en/2021/04/28/online-conference-explores-fundamental-questions-of-what-it-means-to-be-human/

%d bloggers like this: