Ġwanni Pawlu II fl-Erbgħa tal-Irmied

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA FIL-BAŻILIKA TA’ SANTA SABINA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
L-Erbgħa tal-Irmied
Ruma, 4 ta’ Marzu 1981

1. “Doqqu t-trumbetti f’Sion, / Xandru sawma…” (Gl 2,15).

B’din l-aħbar jitkellem il-Profeta Gioele fil-liturġija tallum tal-Erbgħa tal-Irmied, li biha l-Knisja tordna s-sawm qaddis, is-sawm il-kbir ta’ erbgħin jum b’xebħ mas-sawm ta’ erbgħin jum ta’ Kristu. U dan huwa sawm li għandu valur ta’ ġrajja spiritwali u ta’ ntroduzzjoni għall-misteru paskwali.

Ninġabru, mela, b’mod konformi mad-drawwa tal-istazzjonijiet tar-randan, hawn f’Santa Sabina. Bħal ma jgħid il-Profeta aktar ‘il quddiem joħorġu x-xjuħ, it-tfal u t-trabi tal-ħalib u l-għarajjes fil-fjur ta’ ħajjithom u s-saċerdoti. U waqt li jsibu ruħhom “bejn il-portiku u l-altar” ikantaw: “ Parce,  Domine, parce  populo tuo…” (Gl 2,17).

2. Il-Knisja tipproklama r-Randan bis-saħħa tal-poter leġislattiv propju tirregola l-preskrizzjonijiet tagħha. Madankollu, in-norma weħedha hawn mhix niżżejjed. Hemm bżonn li għal kull qalb u għal kull kuxjenza tasal b’mod individwali din is-sejħa, sabiex taġġustalna l-ħmira tar-Randan. Għalhekk il-Knisja llum iddur fuq kull bniedem singularment. Ma tillimitax ruħha għad-dispożizzjoni ġenerali – imma tersaq lejn kull wieħed u waħda b’ġest partikolari u kelma speċifika meħudha mil-liturġija.

Il-ġest jikkonsisti fl-impożizzjoni tal-irmied fuq il-moħħ.

In kwantu għall-kelma, li tispjega l-ġest, hemm żewġ forom. L-ewwel waħda antikissma, u hija meħudha mill-Ktieb tal-Ġenesi: “Ftakar li inti trab u trab terġà ssir” (cf. Ġen 3,19); din tfakkar lill-bniedem l-invalidazzjoni tiegħu, bl-istess mod kif Iżaija jgħid li “kull bniedem huwa bħal ħaxix u l-glorja tiegħu bħal fjur tal-għelieqi”, li jinxef u jintemm” (cf. Iż 40,6-7). It-tieni forma, iżda, hija ta stampa evanġelika: “Ikonverti, u emmen fil-Vanġelu” (Mk 1,15); din kienet issuġġerita mir-riforma riċenti post-konċiljari u tipproponi lill-bniedem stedina u impenn, waqt li tiftaħlu l-prospettiva tal-fidi u tal-konverżjoni fil-ħajja rejali tiegħu.

3. Tipproklama s-sawm f’Sion ifisser li tasal sal-intern tal-bniedem. Flimkien mal-ġest liturġiku tal-irmied u bil-kliem li jakkumpanjah, irid jiżvela quddiemu ir-realtà kollha tal-Ħniena divina, il-verita li “il-Mulej juri ruħu għajjur għal artu u jiċċaqlaq għall-ħniena tal-poplu tiegħu” (cf. Gl 2,18).

Kif ktibt fl-enċiklika Dives in Misericordia, “il-knverżjoni lejn Alla tikkonsisti dejjem fl-iskoperta tal-ħmiena tiegħu, jiġifieri dik l-imħabba li hija paċrnzjuża u twajba bil-qies tal-Ħallieq jew Missier: l-imħabba, li għaliha “Alla, Missier Sidna Ġesù Kristu” (2Kor 1,3), huwa fidil sal-konsegwenzi estremi fl-istorja tal-patt mal-bniedem:sas-Salib – għall-mewt u l-Qawmien mill-Imwiet tal-Iben. Il-konverżjoni lejn Alla hija dejjem frott tas-“sejbien” ta’ dan il-Missier, li huwa għani bil-ħniena”. (Ġwanni Pawlu II, Dives in Misericordia, 13).

Mhijiex propju l-imħabba “għajjura” tal-Mulej għal artu, li dwarha nimmeditaw tul iż-żmien kollu tar-Randan? Hekk se jkun meta quddiem għajnejn ruħna jiżvela ruħu – aħjar minn kull ċirkostanza oħra- is-salib, jiġifieri l-imħabba mixgħula sal-aħħar. Tipproklama sawma jfisser li tiftakar bil-qawwa kollha f’din l-imħabba! Tiftakar is-salib.

Taċċetta s-sawma jfisser li taċċetta r-rivelazzjoni ta’ din l-imħabba: insibu lilna nfusna fid-dmensjonijiet ta’ din l-imħabba-ħniena.

4. Propju dwar dan jitkellem l-Appostlu fit-tieni qari meħud mit-tieni ittra lill-Korintin: “Nitlobkom f’isem Kristu: ħallu li tirrkonċiljaw ruħkom ma’ Alla. Dan li qatt ma għaraf id-dnub, Alla qiesu dnub favur tagħna, sabiex aħna nkunu nistgħu nsiru permezz tiegħu ġustizzja ta’ Alla” (2Kor 5,20-21).

Hekk, mela, li naċċettaw s-sejħa tar-Randan ifisser li naċċettaw is-sejħa għal-koperazzjoni partikolari ma’ Kristu: “U ladarba aħna kollaboraturi tiegħu, inħeġġukom biex ma tilqgħux għalxejn il-grazzja ta’ Alla. Huwa infatti jgħidilna: Fil-waqt favorevoli smajtek u fil-jum tas-salvazzjoni għintek” (2Kor 6,1-2).

Taċċetta s-sejħa tar-Randan ifisser li taċċetta s-sejħa għal koperazzjoni partikolari mal-Grazzja. Din is-sejħa tiġi ppronunzjata bil-kelma tal-liturġija. Imma hi għandha tidwi b’mod profond fil-qalb u fil-kuxjenza ta’ kull wieħed u waħda minna.

5. Il-kollaborazzjoni ma’ Kristu, l-koperazzjoni mal-grazzja tħeġġiġna għal opri speċjali, li dwarhom jitkellem il-Vanġelu tallum. Fid-diskors tal-muntanja, infatti, Ġesù jagħmel referenza għall-karità, għat-talb u għas-sawm, meqjusa diġa fl-ambjent tiegħu bħala atti fundamentali tal-bniedem reliġjuż. Imma Huwa jinsisti fuq il-mod ta’ inġibthom, li għandhom jaħarbu kull tlellix għal għajnejn in-nies u ipokresija.

Dawn l-opri għandhom ikunu akkumpanjati minn spirtu ta’ sapport intern, li jkun hekk qawwi u sinċier daqskemm huma jkunu attwati “fil-moħbi” (Mt 6,6.18), f’rapport ta’ intimità mal-Missier ċelesti, ladarba, waqt li “il-bniedem iħares lejn l-apparenza, il-Mulej iħares lejn il-qalb”(1Sam 16,7).

Ir-Randan ma jistax jgħaddi bla ma nagħtu kasu. Ma jistax ma jiddistingwix ruħu mill-bqija tal-jiem u tal-ġimgħat. Għandu jkun “żmien qawwi”. Għandu jkun tweġiba għas-sejħa (għall-isfida). Għnadu jkun iffaċċat b’mod konxju b’tali mod u hekk imwettaq. Għandu jkun profond. Dari, dan kien il-program li kien jirriżulta mill-preċetti dettaljati tal-Knisja. Illum għandu jkun aċċettat b’mod profond  sal-aħħar b’mod personali, u mwettaq fl-ispirtu tal-Knisja.

6.Hekk illum, hawn, f’dan il-post, jien, l-Isqof ta’ Ruma, niddikjara “ir-Randan Imqaddes” u flimkien miegħi dan jagħmluh l-Isqfijiet u r-Rgħajja kollha tal-Knisja  .

Jibda ż-żmien qaddis.

Acċċettaw bil-kuxjenza, bil-qalb u bl-imġieba!!

Hekk jgħid il-Mulej – “erġgħu lura għandi bil-qalb kollha, bis-sawm, bil-biki u l-krib” (Gl 2,12).

Madankollu ċarrtu l-qalb u mhux il-ħwejjeġ (cf. Gl 2,13), sabiex is-sawm tagħna u l-konverżjoni tagħna jmissu l-qigħan l-iktar profondi tal-persuna tagħna, u Missierna, li jara dak li hu moħbi, iroddilna Hu (cf. Mt 6,3).

Amen!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.