Jekk il-Papa Ġwanni XXIII, ftit ġimgħat qabel ma miet ried ikellem lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba permezz tal-Enċiklika tiegħu, Pacem in Terris, bl-istess mod il-Papa Pawlu VI ħass il-bżonn li l-Konċilju ma jitrattax biss it-temi partikolari tad-dokumenti, anke jekk dawn kienu ta’ importanza kbira għall-Knisja, imma ried li huwa wkoll jitkellem mal-bniedem nnifsu u jwassllu messaġġ ta’ tama.
Għalhekk, fi tmiem il-quddiesa tal-għeluq tal-konċilju, Pawlu VI għadda numru ta’ messaġġi lill-kategoriji diffenti ta’ persuni, bl-għan li permezz tagħhom jilħaq l-iktar firxa wiesgħa possibli tal-ħajja umana.