Il-Papa Franġisku jitlob għall-vittmi tal-għargħar fil-Messiku

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħadd, wara r-reċita tat-talba Marjana tal-Angelus, il-Papa esprima l-qrubija tiegħu għall-ħafna vittmi ta’ għargħar fl-Istat ta’ Hidalgo, fil-Messiku, fejn mietu ‘l fuq minn 17-il persuna; kif ukoll għad ta’ midruba fl-Isptar ta’ Tula, u “għall-maħbubin tagħhom”.

Xita qawwija li għamlet fis-7 ta’ Settembru, kkawżat li x-xmajjar Tula u Rosas kissru diegi li ħolqu għargħar fil-muniċipalità ta’ Tula fl-Istat ta’ Hidalgo. Ilmijiet tal-għargħar ġreq fit-toroq u fil-bini, inkluż l-isptar tal-Istitut Messikan tas-Sigurtà Soċjali. L-għargħar ħassar ukoll l-enerġija fiż-żona inkluż l-isptar li kien qed jagħti l-kura lil diversi pazjenti bil-Covid-19; 17-il-pazjent mietu.

L-Papa Franġisku mbagħad talab għal “dawk li qed jinżammu b’mod inġust f’pajjiżi barranin”. Huwa nnota li sfortunatament hemm bosta każijiet, li ħafna minnhom huma differenti u kumplikati. “Nispera li dawn in-nies kemm jista’ jkun malajr jirritornaw lura lejn djarhom”, stqarr il-Papa.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-09/pope-francis-angelus-prayer-mexico-victims-flooding.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading