Il-Knisja ta’ Alla qed tiġi msejħa għal Sinodu. Il-mixja, bit-titlu “Lejn Knisja sinodali: komunjoni, parteċipazzjoni u missjoni”, se tiftaħ solennement fid-9 u l-10 ta’ Ottubru 2021 f’Ruma, u fis-17 ta’ Ottubru ta’ wara f’kull Knisja partikulari.
Il-Papa Franġisku qed jistieden lill-Knisja kollha biex tirrifletti fuq tema deċiżiva għall-ħajja u l-missjoni tagħha: “Il-mixja tas-sinodalità hi sewwasew il-mixja li Alla jistenna mill-Knisja tat-tielet millennju”
Hemm mistoqsija profonda li timbuttana u tiggwidana: kif se nwettqu llum, fuq diversi livelli (minn dak lokali għal dak universali), dik il-“mixja flimkien” li tippermetti lill-Knisja xxandar il-Vanġelu, ħaġa waħda mal-missjoni li ġiet fdata lilha; u liema passi l-Ispirtu qed jistedinna mmiddu biex nikbru bħala Knisja sinodali?

Għalhekk tħejja Dokument Preparatorju li tqiegħed għas-servizz tal-mixja sinodali, b’mod partikulari bħala strument ta’ għajnuna għall-ewwel fażi ta’ smigħ u konsultazzjoni tal-Poplu ta’ Alla fil-Knejjes partikulari (Ottubru 2021 – April 2022), bit-tama li jgħin biex jiċċaqilqu l-ideat, l-enerġiji u l-kreattività ta’ dawk kollha li sa jieħdu sehem fil-mixja, u biex jiffaċilita l-qsim tal-frott tal-impenn tagħhom.
Id-dokument jikkonsisti f’dawn l-erba’ taqsimiet …
I. Is-sejħa biex nimxu flimkien
II. Knisja kostituttivament sinodali
III. Fis-smigħ tal-Iskrittura
IV. Is-sinodalità fl-azzjoni: toroq għall-konsultazzjoni tal-poplu ta’ Alla