4. Il-mistiċi kellhom id-diffikultajiet tagħhom. Kif nistgħu nżommuhom bħala mudell għalina llum?

Print Friendly, PDF & Email

F’epoka fejn is-sistemi ta’ referenza setgħu kienu mqallbin, il-mistiċi jqiegħdu triq oriġinali, radikali li hi eżortazzjoni u mhux mudell jew struttura biex wieħed jimxi fuqha.

Bla ma jridu, u wkoll bla ma jafu, ikunu qed jagħmlu skola. “Il-mistiċi jkunu fl-istess hin ommijietna u missirijietna fil-fidi u aħwa tagħna fil-ħajja tal-Ispirtu”. Hekk jesprimi tant tajjeb il-mistiku Xmun, imsejjaħ it-“Teologu l-Ġdid”.  Huma għexu b’qawwa mhux komuni l-misteru tal-Għid.

Xmun it-Teologu l-Ġdid (976-1022).

Il-mistiċiżmu tagħhom hu qabel kollox wieħed marbut mal-Magħmudija. Hu fit-triq tal-Għid, it-triq tal-ikbar imħabba, li l-mistiċi jmexxunha lejha u jistiednuna għaliha

Irridu nagħmlu distinzjoni bejn l-eroj, l-għaref, il-mistiku u l-qaddis. Huma l-ewwel tnejn li llum isejħulna minn dawk li saru hekk, eroj u għorrief. Imma hu d-don ta’ Alla li l-mistiku u l-qaddis huma dak li huma.

Huma jgħixu b’mod straordinarju dan id-don u jħallu li jkunu trasformati bil-grazzja ta’ Alla. Il-mistika tista’ tkun definita bħala x-‘xjenza tal-qaddisin’ għax biha l-barkiet tas-sema jitqiegħdu tassew fil-prattika.

Minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.