Il-Papa jifraħ lil Bartilmew I f’għeluq it-30 sena bħala Patrijarka Ekumeniku

Print Friendly, PDF & Email

Hekk kif il-Patrijarka Bartilmew qed jiċċelebta it-30 sena mill-elezzjoni tiegħu, l-Papa Franġisku bagħatlu ittra ta’ awguri, fejn esprima l-isbaħ xewqat tiegħu. “Ningħaqad miegħek biex nirringrazzja lill-Mulej għall-ħafna barkiet li ngħataw f’ħajtek u fil-ministeru tiegħek tul dawn is-snin”, qal il-Papa; “u nitlob biex Alla, li minnu jiġu d-donijiet kollha, jagħtik is-saħħa, ferħ spiritwali u grazzja abbundanti biex issostni kull aspett tas-servizz għoli tiegħek”.

Il-Papa u l-Patrijarka ltaqgħu f’bosta okkażjonijiet, anke riċentiment, kmieni dan ix-xahar u jaqsmu “rabta personali u profonda”, fi kliem il-Papa stess. Fl-ittra tiegħu, l-Papa Franġisku fakkar fil-preżenza tal-Patrijarka Bartilmew fil-ħatra tiegħi bħala Isqof ta’ Ruma f’Marzu 2013, u qal li r-rabta tagħhom “saret ħbiberija fraterna”.

Il-Qdusija Tiegħu kompla jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-impenn ta’ Bartilmew biex jissalvagwardja l-Ħolqien u l-ħtieġa tat-tiġdid spiritwali tal-umanità. “Fl-imxija tal-pandemija u r-riperkussjonijiet gravi tas-saħħa, soċjali u ekonomiċi li rriżultaw, ix-xhieda u t-tagħlim tiegħek dwar il-ħtieġa għall-konverżjoni spiritwali tal-umanità kisbu rilevanza dejjiema,” qal il-Papa.

Huwa rringrazzja wkoll lill-Patrijarka Ekumeniku talli segwa t-triq ta’ “djalogu, fil-karità u l-verità, bħala l-uniku mod possibbli għar-rikonċiljazzjoni bejn dawk li jemmnu fi Kristu u għar-restawr tal-komunjoni sħiħa bejn l-Insara.

L-Papa Franġisku temm l-ittra tiegħu lill-Patrijarka Bartilmew I, l-Arċisqof ta’ Kostantinopli, fejn esprima s-sentimenti tiegħu ta’ “affezzjoni fraterna profonda” u qrubija spiritwali f’ “tgħanniqa qaddisa fl-imħabba ta’ Kristu l-Mulej”.

Bartilmew I ġie elett bħala l-Patrijarka Ekumeniku ta’ Kostantinopli tal-Knisja Ortodossa tal-Lvant fit-22 ta’ Ottubru 1991, u huwa l-270 suċċessur tal-Appostlu Andrija. Huwa kien minn ta’ quddiem fi kwistjonijiet relatati mal-libertà reliġjuża, d-drittijiet tal-bniedem, u l-ekoloġija.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-10/pope-francis-letter-bartholomew-ecumenical-patriarch-constantino.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.