Dak li ma tixtiqx li jsir lilek tagħmlux lil ħaddieħor CONFUCIUS
Agħmel lil ħaddieħor dak li tixtieq li jkollok int IL-PROFETA MUHAMMED
Tweġġgħax lil ħaddieħor b’manjeri li int tħosshom iweġġgħuk BHUDDA
Ma tistax tikseb is-sewwa qabel ma tagħti lill-oħrajn dak li tħobb li jkollok IL-KORAN
Dak li tobgħod int tagħmlux lil għajrek IT-TALMUD
Ġib ruħek mal-oħrajn kif trid li l-oħrajn iġibu ruħhom miegħek Il-Bibbja Mqaddsa
Jekk dawn kollha jaqblu bejniethom, aħna għala le?
- Jekk ma tibdilx, moviment isir monument Tony Blair
- Idea ssir ħaġa maġika jew tispiċċa trab skont liema talent iħokk magħha
William Bernbach
- It-tama hi dik il-ħaġa bil-ġwienaħ li ssib il-mistrieħ tagħha f’ruħna
Emily Dickenson
- F’mument ta’ ferħ kbir, twiegħed xejn; f’mument ta’ rabja kbira, twieġeb l-ebda ittra Qawl Ċiniż
- L-aħjar rimedju għal tempra qasira hi mixja twila National Inquirer
- Kun bħax-xemx u l-ħaxix tal-wied li ma jħabblux rashom meta tkun riesqa x-xitwa Bernard Shaw
- Bil-qalb biss jista’ wieħed jara tajjeb; dak li hu essenzjali hu invisibbli għall-għajnejn Antione de Saint-Exupery
- Li tħossok waħdek, bla ma ħadd jieħu ħsiebek jew ikun iridek miegħu hu l-ikbar faqar Santa Mother Tereża
- Kuljum nitlob lil Alla jagħmilni qisni tifel żgħir – jiġifieri li nara n-natura bla ebda preġudizzju, i.e.kif jaraha tifel Jean Baptiste Camille Corot
- Wieħed mhuwiex pittur jekk ma jħobbx ipitter aktar minn kull ħaġa oħra fid-dinja. U mhux biżżejjed tkun taf ix-xogħol tiegħek, jiħtieġ tkun eċċitat bih Edouard Manet
- Xogħol tal-arti jiħtieġ li jaħtfek, iqartstek fih, u jġorrok miegħu
Pierre Augouset Renoir
Miġbura minn Edward Tagliaferro