Fl-okkażjoni tas-Sena “Familja Amoris lætitia” il-Papa Franġisku kiteb lill-miżżewġin biex jaqsam magħhom l-imħabba u l-qrubija kollha tiegħu f’dan iż-żmien hekk speċjali li qed ngħixu.
Ara l-Ittra kollha tal-Papa Franġisku lill-miżżewġin …
Għeżież miżżewġin,
▪ Bħal Abraham, kull wieħed u waħda mill-miżżewġin joħroġ minn artu meta, malli jisma’ s-sejħa għall-imħabba konjugali, jiddeċiedi li jingħata mingħajr riservi għall-persuna l-oħra …
▪ Kunu afu li wliedkom – u speċjalment dawk l-iktar żgħar – josservawkom b’attenzjoni u jfittxu fikom ix-xhieda ta’ mħabba qawwija u li tista’ tafdaha …
▪ Bla dubju, l-edukazzjoni tal-ulied mhi xejn faċli. Imma ma ninsewx li huma wkoll jedukawna. L-ewwel ambjent edukattiv jibqa’ dejjem il-familja, fil-ġesti żgħar li jgħajtu iżjed mill-kliem …
▪ Anki l-miżżewġin għandhom jieħdu l-inizjattiva fi ħdan il-komunità parrokkjali u djoċesana bil-proposti tagħhom u l-kreattività tagħhom … Għalhekk, inħeġġiġkom, għeżież miżżewġin, biex tieħdu sehem fil-ħajja tal-Knisja, b’mod partikulari fil-pastorali tal-familji.
▪ Il-vokazzjoni għaż-żwieġ hija sejħa biex naqdfu b’dgħajsa instabbli – imma fiż-żgur minħabba r-realtà tas-sagrament – f’baħar daqstant ieħor imqalleb. Kemm drabi, bħall-Appostli, ikollkom aptit tgħidu, jew aħjar, tħanxru: “Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna se nintilfu?” …
▪ Ħa tkun il-familja post fejn nilqgħu u nifhmu lil xulxin …
▪ It-tifrik ta’ relazzjoni fiż-żwieġ iġib miegħu ħafna tbatija għax ħafna aspettattivi jibqgħu mhux imwieġba …
▪ Għixu b’mod intens il-vokazzjoni tagħkom. Tħallux in-niket jibdel l-uċuħ tagħkom. Żewġkom jew martkom għandhom bżonn tat-tbissima tagħkom. Uliedkom għandhom bżonn tal-ħarsiet tagħkom li jagħmlulhom il-qalb …
Ara l-Ittra kollha tal-Papa Franġisku lill-miżżewġin …