Papa lil Kattoliċi LGBT: “Alla huwa Missier li ma jiċħad lil ħadd minn uliedu”

Print Friendly, PDF & Email

“L-istil ta’ Alla huwa qrubija, ħniena u tnerezza”, hekk qal il-Papa Franġisku waqt li wieġeb tliet mistoqsijiet li sarulu minn Patei Ġiżwita James Martin li jmexxi lil Kattoliċi LGBT. Fil-5 ta’ Mejju Patri Martin, kien kiteb lill-Papa bl-Ispanjol u talbu jwieġeb xi mistoqsijiet li l-aktar li jsirulu mill-Kattoliċi LGBT u l-familji tagħhom. Irċivejt tweġiba miktuba bl-idejn ftit tal-jiem wara, li ġie ippublikat fil-forma ta’ intervista qasira fuq il-websajt ta’ Patri Martin ‘Outreach’.

Outreach: X’tgħid li hija l-iktar ħaġa importanti biex in-nies LGBT ikunu jafu dwar Alla?

Papa Franġisku: Alla hu Missier u ma jiċħad lil ħadd minn uliedu. U ‘l-istil’ ta’ Alla hu: “viċinanza, ħniena u tenerezza”. F’din it-triq issib lil Alla.

Outreach: X’tixtieq li l-persuni LGBT ikunu jafu dwar il-Knisja?

Papa Franġisku: Nixtieq li jaqraw il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli. Hemmhekk isibu x-xbieha tal-Knisja ħajja.

Outreach: X’tgħid lil Kattoliku LGBT li esperjenza rifjut mill-Knisja?

Papa Franġisku: Nixtieq li jagħrfuha mhux bħala “ir-rifjut tal-knisja”, imma minflok “in-nies fil-knisja”. Il-knisja hija omm u ssejjaħ flimkien lil uliedha kollha. Ħu pereżempju l-parabbola ta’ dwak mistiedna għall-festa: “il-ġust, il-midinbin, l-għonja u l-foqra, eċċ.” [Mt 22,1-15; Lq 14,15-24]. Knisja “selettiva”, waħda ta’ “demm pur”, mhix Knisja Omm Qaddisa, iżda pjuttost setta.

Is-sena l-oħra f’Lulju, l-Papa Franġisku kien bagħat ittra lil Patri Martin fl-okkażjoni tal-webinar “outreach 2021”, li fiha qal li “Alla hu qrib u jħobb lil kull wieħed u waħda minn uliedu. Qalbu hija miftuħa għal kulħadd. Hu l-Missier”. “Waqt li naħseb fil-ħidma pastorali tiegħek,” kiteb il-Papa, “nara li kontinwament tipprova timita dan l-istil ta’ Alla. Int saċerdot għal kulħadd, kif Alla hu Missier ta’ kulħadd. Nitlob għalik biex tkompli b’dan il-mod, tkun qrib, b’kompassjoni u b’tenerezza sħiħa.”

“Nitlob għall-fidili tiegħek, għall-‘parruċċani’ tiegħek” kien temm jgħid il-Papa, “għal dawk kollha li l-Mulej poġġa fi ħdanek biex inti tieġu ħsiebhom, tħarishom u tagħmilhom jikbru fl-imħabba ta’ Sidna Ġesù Kristu”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-05/pope-letter-fr-martin-lgtb-outreach-questions.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: