BI ĦLEWWA LIEMA BĦALHA
L-Erbgħa, 15 ta’ Ġunju 2022: Id-Dar Editriċi Reliġjon u Ħajja għadha kif ippublika ktieb bl-omeliji, diskorsi u talbiet kollha li l-Papa Franġisku għamel waqt il-Vjaġġ Appostoliku tiegħu f’Malta u Għawdex fit-2 u 3 ta’ April 2022.
Barra minn hekk fil-ktieb hemm ukoll il-konferenza stampa li l-Papa ta lil ġurnalisti li kienu miegħu waqt it-titjira lura lejn Ruma, u d-diskorsi li għamel dwar pajjiżna waqt l-Udjenzi Ġenerali tal-Erbgħa ta’ qabel ma ġie fostna u tal-Erbgħa ta’ wara li telaq lura.
Fl-aħħar parti, il-ktieb fih ukoll Werrej Tematiku dettaljat ta’ 37 pagna li jelenka l-aktar suġġetti importanti li kellimna fuqhom.
BI ĦLEWWA LIEMA BĦALHA
ID-DISKORSI TAL-PAPA FRANĠISKU F’MALTA U GĦAWDEX
Format: Qoxra ratba
Qjies: 210x148mm
Paġni: 162
Prezz: 6euro
Jinsab għall-bejgħ minn Emmaus Bookshop, Birkirkara.