Ġwanni Pawlu II f’Ħamis ix-Xirka

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA “IN CENA DOMINI”
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika ta’ San Giovanni in Laterano 
Hamis ix-Xirka, 8 ta’ April 1982

1. “Il-Missier kien tah kollox f’idejh” (Ġw 13,3).

Qabel iċ-Ċena Paskwali, Kristu għandu l-għarfien li l-Missier tah kollox f’idejh. Huwa ħieles, bil-milja kollha tal-libertà, li minnha jgawdi Bin il-bniedem, il-Verb inkarnat.

Huwa ħieles, b’tali libertà, li ma hija propju ta’ ebda bniedem ieħor.

L-Aħħar Ċena: dak kollu li se jitwettaq hemm għandu s-sors tiegħu fil-libertà perfetta tal-Iben fil-konfront tal-Missier.

Minn hawn u ftit ieħor huwa se jwassal din il-libertà umana tiegħu fil-Ġetsemani, u se jgħid: “Missier, jekk inhi r-rieda tiegħek, biegħed minni dan il-kalċi! Bdanakollu mhux li rrid jien imma dak kollu li trid int” (Lq 22,42).

Mela se jaċċetta t-tbatija li se tiġi fuqu, u li fl-istess ħin hija oġġett ta’ għażla: tbatija ta’ dimensjonijiet għalina inkoċepibbli.

Imma waqt l-Aħħar Ċena l-għażla kienet diġa magħmula. Kristu jaġixxi b’għarfien sħiħ tal-għażla mwettqa.

Tali għarfien biss jispjega l-fatt li hu, “ħa l-ħobż, iżża ħajr, qasmu tahulhom waqt li qal: “Dan huwa ġismi li huwa mogħti għalikom” (Lq 22,19). U wara li kienu kielu, ħa il-kalċi waqt li qal: “Dan huwa l-kalċi tal-Patt il-Ġdid f’demmi”, kif jirreferi Pawlu (1Kor 11,25), waqt li l-Vanġeli jippreċiżaw: “F’demmi, li se jixxerred għalikom” (Lq 22,20), jew: “Demmi tal-patt imxerred għall-kotra” (Mt 26,28; Mk 14,24)”.

Kristu, waqt li jippronunzja dan il-kliem fiċ-ċenaklu, diġa għamel l-għażla.

Għamilha ilu żmien. Issa jwettaqha mill-ġdid. U fil-Ġetsemani se jwettaqha mill-ġdid għal darb’oħra, billi jaċċetta fin-niket l-immanità kollha tat-tbatija marbuta ma’ tali għażla.

“Il-Missier kien tah kollox f’idejh”.

Kollox, il-pjan kollu tas-salvazzjoni il-Missier afdah għal-libertà perfetta tiegħu.

U għal imħabbtu perfetta.

2. Waqt iċ-Ċena paskwali, permezz tal-għażla ta’ Kristu, permezz tal-libertà perfetta tiegħu u imħabbtu perfetta, laħaq il-quċċata tas-sinifikat tiegħu tal-figura tal- ħaruf tal-Għid.

Dwar l-istituzzjoni tiegħu jitkellem illum il-qari mill-ktieb tal-Esodu: “Hawn hu b’liema mod tikluh: b’ġembejkom imħażżma, il-qrieq f’riġlejkom, l-oħtra f’idejkom; tikluh bil-għaġġla. Dan huwa l-Għid tal-Mulej!”.

“Il-ħaruf tagħkom ikun bla difett…iżżommuh sal-erbatax ta’ dan ix-xahar; imbagħad il-miġemgha kollha tal-komunità ta’ Iżrael toqtlu ma’ nżul ix-xemx. Waqt li tieħdu ftit mid-demm tiegħu, tqegħduh mal-koxox u mal-blata ta’ bibien id-djar…”.

“F’dak il-lejl jien se ngħaddi għal għonq pajjiż l-Egizzjani… jien se nara d-demm u se nibqà għaddej, u ma jkunx hemm għalikom kastig ta’ sterminju meta jien nidrob il-pajjiż tal-Eġittu” (Es 12,11.5-7.12-13).

Dan huwa l-Għid tal-patt il-qadim.

It-tifkira tal-“Passaġġ”, ġo l-Eġittu mill-id kastiganti tal-Mulej.

It-tifkira tas-“salvazzjoni”, permezz tad-demm tal-ħaruf innoċenti

It-tifkira tal-ħelsien mill-jasar.

Kull sena, il-jum tal-14 ta’ Nisan, Iżrael jiċċelebra, mill-ġdid għal darb’oħra, il-Għid.  Kristu, min-naħa tiegħu, jiċċelebra mal-Appostli l-Aħħar Ċena.

Jimmeditaw dwar il-ħelsien mill-jasar permezz tad-demm tal-ħaeuf innoċenti.

U hekk hu, Kristu jgħid fuq il-ħobż: Ħudu u kulu; dan huwa ġismi li hu mogħti għalikom.

Wara jgħid fuq l-ibid: Ħudu u ixorbu. Dan huwa l-kalċi ta’ demmi li se jixtered għalikom.

Għalikom u għal kulħadd (cf. Mt 26,26-28; Lq 22,19-20).

Fil-kwadru ta’ dan il-kliem jidher diġa t-twettiq tal-figura tal-ħaruf tal-patt il-qadim.

U hekk hu li, fl-istorja tal-umanità, fl-istorja tas-salvazzjoni jidħol il-Ħaruf tal-patt il-ġdid, il-Ħaruf l-iktar innoċenti: il-Ħaruf ta’ Alla.

Jidħol permezz ta’ Ġismu u Demmu; permezz ta’ Ġismu li se jingħaa, permezz ta’ Demmu li se jkun imxerred. Jidħol permezz tal-mewt li teħles mill-jasar tal-mewt tad-dnub. Jidħol permezz tal-mewt li tagħti l-Ħajja.

Is-sagrment tal-Aħħar Ċena huwa s-sinjal viżibbli ta’ din il-Ħajja. Huwa l-ikel tal-ħajja eterna.

3. Dan seħħ “qabel il-feasta tal-Għid”. Dik kienet is-siegħa ta’ Kristu: is-siegħa tal-“mogħdija minn din id-dinja għal għand il-Missier”.

F’dik is-siegħa, “wara li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom sal-aħħar” (Gv 13,1). “Tiegħu fid-dinja” – jewwilla dawk biss li kienu flimkien miegħu fis-“siegħa” tal-Aħħar Ċena? Mhux biss. Ħabb lil dwk kollha “tiegħu”; dawk kollha li kellu jifdi. Kollha mill-bidu sal-aħħar tad-dinja. Kollha – “kullimkien”.

U allura ħaslilhom riġlejhom: lil dawk li kienu fiċ-ċenaklu. L-ewwel wieħed lil Pietru.

Allura, fil-waqt tal-ewwel Ewkaristija, xtaq għalihom il-purezza: purezza ikbar minn kemm huma qatt ħasbu; ferm ikbar milli kien ħaseb Pietru.

U jixtieq din il-purezza għal kulħadd.

L-imħabba tisfurzah biex jixtieq il-purezza għal kulħadd – kullimkien.

“Jekk jiena ma naħslikx, ma jkollokx sehem miegħi” (Ġw 13,8).

Kristu fl-Ewkaristija jixtieq jaqsam Ħajtu miegħi: jixtieq il-komunjoni.

Fil-prospettiva ta’ tali komunjoni mal-bniedem, jixtieq il-purezza ta’ ruħu.

Hekk hu, din hija s-siegħa tal-Aħħar Ċena, Is-siegħa ta’ Kristu, Is-siegħa tax-xewqa kbira illimitata ta’qalbu; huwa jixtieq il-komunjoni mal-bniedem u jixtieq il-purezza tar-ruħ umana.

Nistgħu inwarrbu fil-ġemb din ix-xewqa?

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading