Il-Papa lit-tfal tal-iskola Taljani: “Oħolmu kbir, bħal Ġwanni XXIII u Martin Luther King”

Print Friendly, PDF & Email

It-Tnejn, il-Papa Franġisku iltaqa’ ma’ grupp ta’ 6,000 tifel tal-iskola, għalliema, u mexxejja tal-iskejjel Taljani f’laqgħa organizzata min-Netwerk Nazzjonali tal-Iskejjel għall-Paċi tal-pajjiż.

Waqt is-sessjoni, li kienet intitolata “Għall-Paċi. B’ħarsien” u li saret fis-Sala Pawlu VI, il-Papa tkellem dwar l-importanza li kontinwament tinbena l-paċi, u semma lill-Papa San Ġwann XXIII u lil Martin Luther King bħala “profeti ta’ żminijietna”.

Tema ewlenija tad-diskors tal-Papa kienet l-importanza li dejjem nistinkaw biex nibnu l-paċi, aktar milli nagħmlu hekk biss meta aħna stess niġu affettwati direttament mill-gwerra. “Spiss nitkellmu dwar il-paċi meta nħossuna mhedda direttament”, qal, “bħal fil-każ ta’ attakk nukleari possibbli jew gwerra li tkun qed tiġi miġġielda fuq l-għatba tagħna. Hekk kif nieħdu interess fid-drittijiet tal-migranti meta jkollna xi qarib jew ħabib li jkun emigra”.

“Fil-fatt, aħna dejjem, dejjem jeħtieġ li nagħtu kas għall-paċi! Bħalma għandna bżonn dejjem nagħtu kas tal-ieħor, ta’ ħutna; li rridu nieħdu ħsieb”.

Imbagħad il-Papa qal li ried ifakkar lis-semmiegħa tiegħu fl-eżempju ta’ żewġ xhieda prominenti tal-paċi. L-ewwel wieħed minn dawn kien il-Papa San Ġwann XXIII. “Huwa kien imsejjaħ il-Papa it-Twajjeb”, u wkoll il-“Papa tal-Paċi”, qal il-Qdusija Tiegħu, “għaliex il-bidu diffiċli tas-snin 1960, immarkati minn tensjonijiet qawwija – il-kostruzzjoni tal-ħajt ta’ Berlin, il-kriżi ta’ Kuba, l-Gwerra l-Bierda u t-theddida nukleari – ippubblika l-famuża u profetika Enċiklika Pacem in Terris… Kienet sejħa li rċeviet attenzjoni kbira fid-dinja, ferm lil hinn mill-komunità Kattolika”.

Il-Papa semma wkoll lil Martin Luther King Jr., li sejjaħlu “profeta ieħor ta’ żminijietna”. “F’kuntest Amerikan immarkat ħafna minn diskriminazzjoni razzjali,” qal, “għamel lil kulħadd joħlom bl-idea ta’ dinja ta’ ġustizzja, libertà u ugwaljanza”. Huwa qal, “Għandi ħolma li l-erba’ itfal żgħar tiegħi xi darba se jgħixu f’nazzjoni fejn mhux se jiġu ġġudikati mill-kulur tal-ġilda tagħhom, iżda mill-karattru tagħhom”.

Imbagħad il-Papa dar fuq it-tfal tal-iskola li kienu miġbura, u direttament staqsiehom. “U intom, tfal: x’inhi l-ħolma tagħkom għad-dinja tal-lum? X’inhi l-ħolma tagħkom għad-dinja u għal għada? Inħeġġiġkom toħolmu kbir, bħal Ġwanni XXIII u Martin Luther King”.

Il-Papa Franġisku kellu wkoll kliem tat-tifħir għall-organizzaturi tal-avveniment, li kien imsejjaħ b’rispons għall-appell tiegħu bosta snin ilu għal Patt Globali dwar l-Edukazzjoni. “Nifraħ lill-istudenti u l-għalliema tagħkom għall-programm għani ta’ attivitajiet u taħriġ li ħadtu”, qal il-Qdusija Tiegħu. “Jien kuntent nara li mhux biss l-iskejjel, l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet Kattoliċi li qed iwieġbu għal din is-sejħa, iżda wkoll istituzzjonijiet pubbliċi, sekulari u reliġjużi oħra”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-11/pope-italian-schoolchildren-dream-john-xxiii-martin-luther-king.html

%d bloggers like this: