Il-Kurċifiss bla idejn

Print Friendly, PDF & Email


Minn Edward Tagliaferro

  1. Fil-knisja dħalt biex nitlob
    Quddiem il-kurċifiss,
    Inżilt ftit għarkupptejja
    Inħares ‘l isfel biss.
  2. Imbagħad għollejt ftit ħarsti
    Inkellem lill-Mulej ,
    Biex niżżih ħajr u nfaħħru
    Għax tiegħi hu l-Feddej.
  3. Kien hawn li f’daqqa waħda
    Intbaħt ma nafx minn fejn
    Jew kif din setgħet tiġri –
    Li Kristu bla idejn.
  4. Forsi xi ħadd kien daħal
    U kissru – hekk jien bsart.
    Għalhekk jien bdejt infittex
    ‘Il hawn u ‘l hinn u fl-art.
  5. “Idejk,” staqsejt ‘l-Imgħallem,
    “Bl-imsiemer imtaqqbin, –
    Dan kif ma jidhrux aktar,
    Jew forsi ħolma din?”
  6. Hawnhekk jien rajt ‘l-Imsallab,
    Iħares lejja fiss:
    “Kun af li din mhix ħolma,”
    Hekk qalli l-kurċifiss.
  7. “Għax minn flok l-idejn tiegħi,
    Minn issa ‘il quddiem,
    INTI SE TKUN IDEJJA
    Li twassal ferħ u sliem.
  8. Idejk jien irrid nuża,
    Ħa nserraħ lill-mitrugħ;
    Lill-fqir inlibbes, nitma’,
    U nfejjaq lill-muġugħ;
  9. Nikkonsla lill-imnikket,
    Inqawwi lill-beżgħan,
    Lil ta’ bla dar inkennen,
    L-għajjien intih serħan.”

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading