Il-Papa Franġisku jappella biex tintemm il-gwerra “assurda u krudili” fl-Ukrajna

Print Friendly, PDF & Email

Waqt l-Udjenza Ġenerali tiegħu tal-Erbgħa tal-Irmied, il-Papa Franġisku qal li ħsibijietu jerġgħu jmorru lejn in-nies tal-Ukrajna, li ilhom kważi sena sħiħa jsofru l-effetti tal-gwerra.

“Għeżież, il-Ġimgħa, 24 ta’ Frar, se tkun sena mill-invażjoni tal-Ukrajna”, qal, “sena mill-bidu ta’ din il-gwerra assurda u krudili, anniversarju ta’ diqa.” Il-Qdusija Tiegħu kompla: “In-numru ta’ mejtin, midruba, refuġjat, dawk iżolati, qerda, ħsara ekonomika u soċjali jitkellmu weħidhom. Jalla l-Mulej jaħfer dawn id-delitti kollha u din il-vjolenza kollha: Hu Alla tal-paċi.”

“Ejja nibqgħu qrib il-poplu Ukren itturmentat,” qal, “li jkompli jsofri u nistaqsu lilna nfusna: sar dak kollu li hu possibbli biex titwaqqaf il-gwerra? Nappella lil dawk li għandhom awtorità fuq in-nazzjonijiet biex jagħmlu sforzi konkreti biex itemmu l-kunflitt, biex jintlaħaq waqfien mill-ġlied u biex jibdew negozjati ta’ paċi. Dak kollu li hu mibni fuq is-sejjieħ qatt ma jista’ jkun rebħa vera.”

Minn mindu bdiet il-gwerra, l-Papa għamel għadd ta’ appelli għall-paċi, u għat-tmiem tal-vjolenza li ħasdet għadd ta’ ħajjiet u weġġgħu għexieren ta’ nies oħra. L-Papa Franġisku dejjem esprima d-disponibbiltà tas-Santa Sede biex tgħin fl-isforzi biex jintlaħaq il-paċi, u wera’ l-interess tiegħu li jżur iż-żewġ pajjiżi. Diversi drabi, huwa bagħat f’ismu  rappreżentanti fl-Ukrajna, u bagħat anke għajnuna u provvisti.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-02/pope-francis-prays-for-war-torn-ukraine.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading