Il-Papa: Twaqqfux l-għajnuna meħtieġa milli tasal fis-Sirja

Print Friendly, PDF & Email

“Nittama li jsir dak kollu possibbli għall-poplu, li ma jkunx hemm raġunijiet u sanzjonijiet li jfixklu l-għajnuna urġenti u meħtieġa lill-popolazzjoni.” Dan kien il-kliem li l-Papa Franġisku esprima mas-saċerdoti u patrijiet żgħażagħ tal-Knejjes Ortodossi tal-Lvant, li ltaqgħu miegħu fil-Vatikan, il-Ħamis 23 ta’ Frar.

“Uħud minnkom ġejjin mis-Sirja mkissra; nixtieq nesprimi qrubija partikolari lejn dak il-poplu għażiż, ippruvat mhux biss mill-gwerra, iżda wkoll mit-terremot li, bħal fit-Turkija, kkawża tant vittmi u qerda terribbli.”

Il-Papa wera t-tbatija profonda ta’ “tant nies innoċenti, tfal, nisa, ommijiet, familji”. Huwa talab lil dawk preżenti biex iwasslu l-awguri tiegħu lill-Isqfijiet u lill-Knejjes tagħhom u esprima t-talba tiegħu biex l-Omm Imqaddsa tħarishom.

Kmieni l-ġimgħa li għaddiet, żewġ terremoti laqtu x-Xlokk tat-Turkija u qerdu żoni wiesgħa fil-pajjiż u fil-pajjiż ġirien tas-Sirja. T-terremot waqqa’ mijiet ta’ bini u qatel eluf ta’ nies. In-numru tal-imwiet diġa’ qabeż is-46,000.

Il-Qdusija Tiegħu beda l-kummenti tiegħu fejn esprima l-ferħ li jilqagħhom, anke fil-bidu tar-Randan, “l-itinerarju li l-insara jsegwu bi tħejjija għall-Għid ta’ Kristu, qalb il-fidi tagħna”. Kompla jgħid li jiġi f’moħħi “vjaġġ” ieħor, jiġifieri dak liż-żewġ dixxipli għamlu flimkien mal-Irxox f’Jum il-Għid. Huwa osserva, li l-vjaġġ lejn Għemmaws, jista’, b’xi mod, jissimbolizza t-triq ekumeniku tal-insara lejn komunjoni sħiħa, qabel ma jaqsmu tliet affarijiet komuni bejn iż-żewġ vjaġġi.

Huwa qal li l-ewwel jinvolvi “pellegrinaġġ”, filwaqt li nnota li “jekk l-insara jimxu flimkien, kif għamlu ż-żewġ dixxipli ta’ Għemmaws, akkumpanjati minn Kristu, jimmotiva u jwettaq il-vjaġġ tagħhom”. Fakkar, li Ġesù jilħaq liż-żewġ dixxipli, imnikktin u diżorjentati, tul it-triq, jersaq lejhom mingħajr ma jagħrfuh.

“Ċertament, id-dwejjaq u magħluqin fihom infushom żammew għajnejhom milli jagħrfuh,” qal il-Papa, filwaqt li nnota, “b’mod simili, l-iskuraġġiment u l-awtoriferenzjalità jipprevjenu lill-insara ta’ denominazzjonijiet differenti milli jaraw dak li jgħaqqadhom, milli jagħrfu lil Dak li jgħaqqadhom. Għalhekk, bħala dawk li nemmnu,” ħeġġeġ, “għandna nemmnu li aktar ma nimxu flimkien, iktar inkunu akkumpanjati b’mod misterjuż minn Kristu, għax l-għaqda hija pellegrinaġġ komuni”.

Il-Papa qal, li l-element li jmiss huwa “d-djalogu”, u fakkar li l-Evanġelista jgħid li dawk iż-żewġ dixxipli “tkellmu bejniethom dwar dak kollu li kien ġara”.

“Id-djalogu tal-pellegrini ta’ Għemmaws iwassal għal djalogu ma’ Ġesù, li jsir l-esiġenza tagħhom, fuq il-bażi tal-konversazzjonijiet tagħhom, Kristu jkellimhom f’qalbhom, iqajjimhom, jagħtihom in-nar…”

It-tielet element, qal il-Papa, huwa l-għaqda. Huwa fakkar, li Ġesù, ma mponiex l-preżenza tiegħu, imma d-dixxipli talbu biex jibqa’, xtaqu li jibqgħu flimkien. “Wieħed irid jixtieq l-għaqda bit-talb, b’qalbu u bil-qawwa kollha, b’insistenza, mingħajr għeja,” insista l-Qdusija Tiegħu, “għax jekk ix-xewqa tal-għaqda tintefa’, mhux biżżejjed li timxi u tiddjaloga: kollox isir xi ħaġa dovuta u formali.” Jekk, mill-banda l-oħra, “x-xewqa tmexxi lil wieħed biex jiftaħ il-bieb għal Kristu flimkien ma’ ħuh,” kompla, “kollox jinbidel”.

“L-Iskrittura tfakkarna li Ġesù ma jaqsamx il-Ħobż mad-dixxipli li mhux magħqudin u li jirrinunzjaw; huwa f’idejhom li jistiednuh, li jilqgħuh, li jixtiequh flimkien.”

Dan, qal, hu forsi dak li l-aktar jonqoshom illum l-Insara tad-Diversi Stqarrijiet: xewqa tbaqbaq għall-għaqda, li tiġi qabel l-interessi partiġġjani.

“Jekk ngħixu dawn it-tliet dimensjonijiet fil-vjaġġ ekumeniku,” qal il-Papa, bħala dawk id-dixxipli, “nagħrfu lil Kristu flimkien mal-qsim tal-Ħobż u ngawdu t-tqarbin miegħu fuq l-istess mejda Ewkaristika”.

Il-Papa Franġisku, ta l-barka tiegħu, u esprima x-xewqa tiegħu li waqt il-pellegrinaġġ tagħhom f’Ruma, iħossu l-preżenza tal-Mulej, u jikbru fl-għaqda.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-02/pope-eastern-church-monks-and-priests-francis.html

%d bloggers like this: