Il-Papa jenfasizza l-bżonn li jgħin lill-ġenituri bi tfal rikoverati l-isptar

Print Friendly, PDF & Email

F’messaġġ miktub indirizzat lill-“Unitalsi Lombarda” tal-Italja, l-Papa Franġisu enfasizza l-importanza li l-familji jkollhom il-possibbiltà li jkunu ħdejn it-tfal morda tagħhom. Din l-assoċjazzjoni fil-Lombardija tassisti lill-morda jagħmlu pellegrinaġġi għal Lourdes u santwarji internazzjonali oħra. L-assoċjazzjoni għadha kif inawgurat il-“Casa Fabrizio Frizzi”, ddedikata biex tilqa’ lill-ġenituri ta’ tfal rikoverati l-isptar.

Fil-messaġġ tiegħu l-Papa qal li din l-inizjattiva tirrealizza “l-ħolma ta’ dar li tista’ tilqa’ bi tbissima lil dawk li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom mal-mard, u b’mod speċjali l-ommijiet u l-missirijiet li qed jissieltu flimkien ma’ wliedhom li ħafna drabi jkunu żgħar ħafna”. L-Papa jinnota kif għal kull tifel li jimrad, il-kura u l-irkupru tinvolvi tobba u infermiera, iżda teħtieġ ukoll “l-imħabba, t-tenerezza u l-qrubija tal-ommijiet u l-missirijiet” li jistgħu jkunu hemm magħhom, dan minħabba li mard serju ħafna drabi jirrikjedi kura speċjaliżżata, li spiss tkun tinstab fi sptarijiet ‘il bogħod mid-dar.

Il-Papa fakkar li hu ta l-appoġġ tiegħu għall-proġett Unitalsi, minn mindu rah l-ewwel darba. Id-dar hija ddedikata lill-preżentatur televiżiv, Fabrizio Frizzi, li miet ħames snin ilu u li l-Papa fakkar li għal aktar minn għoxrin sena kien “ħabib kbir tal-Unitalsi”. Żied jgħid li din “il-ħolma twettqet bis-saħħa tal-kontribut ta’ ħafna ħbieb, iżda fuq kollox grazzi għad-determinazzjoni tenaċi ta’ Vittore De Carli,” l-mexxej tal-Unitalsi li “kellu esperjenza tal-battalja bejn ħajja u mewt”, kif jirrakonta fi ktieb li għadu kif ġie ppubblikat: ‘Mid-dlam għad-dawl permezz tal-qawwa tat-talb’.

Id-dar tinsab ħdejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, “santwarju żgħir għażiż għan-nies ta’ Milan li jduru lejn Marija billi jitolbu l-grazzji mis-sema u l-balzmu biex ifejjaq il-ġrieħi tal-ħajja u tas-soċjetà,” kiteb il-Papa, filwaqt li jitlob lil Marija ssostni bit-tenerezza u l-konsolazzjoni tagħha lill-ġenituri kollha li se joqgħodu fil-“Casa Frabrizio Frizzi”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-03/pope-highlights-need-to-help-parents-with-hospitalized-children.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading