Wara l-aħħar sparatura fatali fi skola fl-Istati Uniti, li fiha nqatlu sitt persuni, li tlieta minnhom kellhom disa’ snin, il-Papa Franġisku bagħat telegramma lill-Isqof ta’ Nashville, Joseph Mark Spalding. F’telegramma, ffirmata mill-Kardinal Segretarju tal-Istat, il-Kardinali Pietro Parolin, f’isem il-Qdusija Tiegħu, kiteb, li l-Papa tnikket ħafna meta sar jaf bl-aħbar ta’ din l-isparatura riċenti fl-Iskola Covenant, F’Nashville.
Il-Papa talab lill-Isqof ta’ Nashville biex iwassal “il-konoljanzi mill-qalb tiegħu u l-assigurazzjoni tat-talb tiegħu lil dawk kollha milquta minn dan l-att ta’ vjolenza bla sens”. Qal li qed jingħaqad “mal-komunità kollha f’luttu għat-tfal u l-adulti li tilfu ħajjithom u jafdahom fit-tgħanniqa ta’ mħabba tal-Mulej Ġesù”.
Fl-aħħarnett, il-Papa Franġisku invoka “l-faraġ u l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu fuq il-familji mnikkta u jitlob biex jissaħħu fil-fidi tagħhom fil-qawwa tal-Mulej Rxoxt, li jfejjaq kull weġgħa u li joħroġ it-tajjeb mill-ħażen li ma jitfissirx”.
Nhar it-Tnejn, mara ta’ 28 sena daħlet fl-Iskola Covenant f’Nashville, Tennessee, l-Istati Uniti u fetħet in-nar, fejn qatlet sitt persuni. Skont il-pulizija, l-vittmi jinkludu tliet studenti ta’ 9 snin, kif ukoll tliet adulti ta’ madwar 60 sena, li waħda minnhom hija l-kap tal-iskola.
Iż-żagħżugħa ta’ 28 sena kient taħt kura minħabba li kellha disturb emozzjonali u li legalment kienet xtrat seba’ armi tan-nar li kienu moħbija fid-dar tagħha fejn kienet tgħix mal-ġenituri tagħha, li stqarrew li ma kienux jafu li binthom kellha l-armi. L-agressur inqatlet fl-attakk meta l-pulizija fetħu n-nar biex jiddefendu lilhom infushom. L-attakk kien id-19-il sparatura fi skola jew università Amerikana għal din is-sena 2023.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-03/pope-francis-telegram-condolences-shooting-school-tennessee-usa.html
Il-Papa jibgħat il-kondoljanzi għall-vittmi tal-isparatura fl-iskola ta’ Nashville