Innu għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2023

Fr Rob Galea u Shevin McCullough.

Il-kantant Father Rob Galea, saċerdot Malti li jservi fid-djoċesi ta’ Sandhurst, l-Awstralja, u l-kompożitur tal-mużika Shevin McCullough, minn Florida, l-Istati Uniti, se jiltaqgħu għall-ewwel darba personalment meta fil-bidu ta’ Awwissu se jivvjaġġjaw lejn Lisbona, il-Portugal, għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, il-World Youth Day. Tajjeb niftakru li Fr Rob Galea ħa sehem bil-kant tiegħu fi tliet edizzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Fr Rob u Shevin kitbu flimkien innu bl-isem ta’ Emmanuel Forever lise jkantawh fl-4 ta’ Awwissu fuq il-palk ċentrali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. L-ewwel vers tal-innu hu hekk: “Emmanuel forever, Jesus, may I come in? Please forgive me for prescribing my own medicine”.

Shevin McCullough hu kompożitur u kantant, li waqqaf studio ta’ mużika reliġjuża bl-isem ta’ Studio 3:16.McCullough tkellem dwar l-ispirazzjoni wara dan l-innu u dwar ix-xogħol li qed iwettaq Studio 3:16 bil-għan jispira l-imħabba lejn il-Vanġelu fost in-nies fil-parroċċi Kattoliċi u madwar l-Istati Uniti.

Jiddeskrivi l-innu bħala taħlita ta’ hip-hop u sfond ta’ adorazzjoni addattata għaż-żminijiet tal-lum. Kienet il-mużika laqqgħet flimkien lil McCullough u lil Fr Rob Galea flimkien, u t-tnejn għandhom qalbhom imħeġġa għal dan l-appostolat.

McCullough u Rob ħadmu fuq l-innu mill-istudios differenti tagħhom u xxerjaw il-feedback online. Fr Rob Galea qiegħed il-vocals tal-bidu, akkumpanjati mill-kitarra tiegħu, filwaqt li

 McCullough niseġ kollox flimkien.

McCullough jgħid: “Emmanuel Forever hi dwar Alla. Alla hu magħna. U nħoss xi ħaġa fil-ħajja tagħna li tinsab hemm mingħajr ma forsi nafu li Alla preżenti fina. Dan jista jkun minħabba xi diffikultà, xi diżappunt u affarijiet li mhumiex sejrin skond l-iskeda tagħna. Fir-realtà, Alla hu dejjem magħna.” Kompla jgħid li: “Alla dejjem jipprovdi. Dejjem jikkonsla. Dejjem lest biex jgħinna. Allura  dik kienet parti kbira minn dan l-innu, biex ninsistu fuq ir-relevanza tal-preżenza ta‘ Alla f’ħajjitna.”

McCullough għandu t-tama li hekk kif iż-żgħażagħ jisimgħu l-innu, jerġa’ jkollhom “ix-xewqa li jiltaqgħu ma’ Ġesà u jkunu jixtiequ jimitawh.” Spjega li: “L-innu hu kollu dwar ir-relazzjoni personali. Jispira liż-żgħażagħ biex iħabirku, jinvolvu ruħhom u jifhmu li għandhom valur. Jekk huma diġà fit-triq it-tajba, ikomplu fiha. Jekk mhumiex, jaraw kif jesploraw it-triq it-tajba. L-innu jista’ jgħinhom biex ikomplu fil-vjaġġ tal-fidi jew li jibdew dan il-vjaġġ.”

Ikompli: “L-għanja hi kollha dwar laqgħa ma’ Kristu, dwar l-imitazzjoni tiegħu, kif ukoll ħarsa lejna nfusna. Qisna strument tal-mużika li hu mkisser. Jekk idoqq imqar nota waħda tajba, irridu li din in-nota tipponta direttament lejn Gesu.’”

Meta darba McCullough irrifletta dwar għaliex ikkompona l-innu Emmanuel Forever, ħass lill-Mulej jgħidlu: ”Qegħidt dan f’qalbek biex ngħinek tinduna li jien dejjem miegħek, jiena dejjem inħarsek, jiena dejjem sehem f’ħajtek, nistiednek dejjem u rridek tibqa’ tiltaqa’ miegħi.”

Joe Galea

Ara wkoll … https://www.laikos.org/wyd_2023.htm

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading