Il-Papa jappella għall-ħelsien tal-ostaġġi, u għad-dħul tal-għajnuna umanitarja f’Gaża

“Inħeġġeġ għall-ħelsien tal-ostaġġi, u għad-dħul tal-għajnuna umanitarja f’Gaża”. B’dan il-kliem, il-Papa Franġisku għamel l-aħħar appell tiegħu għall-Art Imqaddsa.

Waqt li kien qed jindirizza lill-pellegrini, fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa, l-Papa qal: “Dejjem naħseb fis-sitwazzjoni gravi fil-Palestina u l-Iżrael”. Huwa appella għall-ħelsien tal-ostaġġi Iżraeljani, li huma f’idejn il-Ħamas, u talab biex jiġi ffaċilitat id-dħul tal-għajnuna umanitarja fil-medda ta’ Gaża.

Il-Qdusija Tiegħu qal li qed ikompli jitlob “għal min qed ibati u jittama għal mogħdija ta’ paċi, fil-Lvant Nofsani, fl-Ukrajna tturmentata u f’reġjuni oħra midruba mill-gwerra”. Il-Kap tal-Knisja Kattolika stieden ukoll lill-fidili biex jingħaqdu miegħu fil-Jum ta’ Talb, Sawm u Penitenza għall-paċi fid-dinja tagħna.

“Infakkar lil kulħadd li l-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru, ngħixu jum ta’ sawm, talb u penitenza. Fis-6pm, f’San Pietru, ninġabru lkoll biex nitolbu għall-paċi fid-dinja”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-10/pope-francis-makes-latest-appeal-to-release-hostages-in-gaza.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading