Ħarġa Nru 1052
Id-diversi proġetti ta’ restawr li jsiru f’Għawdex dejjem għandhom post fuq il-paġni tar-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex, li fil-ħarġa ta’ Novembru tagħti prominenza lill-proġett li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Munxar b’għajnuna ta’ fondi Ewropej fuq l-eqdem torri kostali fil-gżira, dak tax-Xlendi.
Jum Għawdex u l-omelija tal-Isqof f’dik l-okkażjoni wkoll jingħataw importanza minħabba l-messaġġ attwali, waqt li hi ppreżentata l-istrateġija tal-Gvern għal Għawdex f’artiklu mill-GRDA. Il-ħarġa fiha wkoll kontribuzzjonijiet tal-qarrejja u aktar ritratti qodma mill-ħajja soċjali tal-gżira Għawdxija.
