10 ta’ Diċembru 2023: Dalgħodu, waqt l-Udjenza Ġenerali tiegħu ta’ kull nhar ta’ Erbgħa, il-Papa Franġisku għalaq is-serje ta’ 30 katekeżi ddedikata liż-żelu appostoliku, u li matulha, ried li tkun l-istess Kelma ta’ Alla li tgħinna nrawmu fina l-passjoni għat-tħabbira tal-Vanġelu, sejħa li mhux biss għas-saċerdoti, imma tmiss lil kull Nisrani.
It-tema tal-katekeżi tal-lum, hija waħda tant għal qalb il-Papa li kontinwament jisħaq fuq Knisja miftuħa, li ma tibqax magħluqa fiha nfisha għal dawk ta’ ġewwa, imma tinfetaħ għal kulħadd.
Mill-Vanġelu, il-Papa Franġisku jikkwota kelma deċiżiva ta’ Ġesù bl-Aramajk, effatà, li tfisser “infetaħ”. Li jinfetħu l-widnejn, li jinħall l-ilsien hija stedina li ssir mhux tant lit-trux u mutu, li ma setax jisimgħu, imma proprju lid-dixxipli ta’ dak iż-żmien u ta’ kull żmien. Aħna wkoll, li rċivejna l-effatà tal-Ispirtu fil-Magħmudija, aħna msejħin ninfetħu. “Infetaħ”, jgħid Ġesù lil kull min jemmen u lill-Knisja tiegħu: infetaħ għax il-messaġġ tal-Vanġelu għandu bżonn tiegħek biex tingħata xhieda tiegħu u jiġi mħabbar!
Inti tista’ taqra bil-Malti u tara s-sensiela kollha ta’ dawn il-katekeżijiet minn din il-paġna tal-Laikos … https://www.laikos.org/fr_evangelizzazzjoni.htm
