Il-Papa jesprimi ‘tħassib’ għan-Nikaragwa hekk kif xi saċerdoti ġew arrestati

Print Friendly, PDF & Email

“Qiegħed insegwi bi tħassib kbir dak li qed jiġri fin-Nikaragwa, fejn l-Isqfijiet u s-saċerdoti ġew imċaħħda mill-libertà tagħhom”.

Nhar it-Tnejn, hekk kif talab l-Angelus fis-Solennità ta’ Marija, Omm Alla, l-Papa Franġisku qasam it-tħassib tiegħu għan-nazzjon tal-Amerika Latina. L-Papa esprima “l-qrubija tiegħu fit-talb lilhom, lill-familji tagħhom, u lill-Knisja kollha fil-pajjiż.” Huwa stieden ukoll lill-poplu kollu ta’ Alla biex jingħaqad f’talb kontinwu għan-Nikaragwa. “Nittama li dejjem infittxu t-triq tad-djalogu biex negħlbu d-diffikultajiet,” żied il-Papa. “Ejjew nitolbu llum għan-Nikaragwa”, temm jgħid.

Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-awtoritajiet fin-Nikaragwa arrestaw mill-inqas 14-il qassis, Isqof, u żewġ seminaristi. L-Isqof Isidoro del Carmen Mora Ortega, tad-Djoċesi ta’ Siuna, ġie arrestat fl-20 ta’ Diċembru wara li talab pubblikament għall-Isqof Rolando José Alvarez Lagos, l-Isqof ta’ Matagalpa. Aktar kmieni din is-sena, l-Isqof Alvarez kien ikkundannat 26 sena ħabs fuq akkużi ta’ konfoffa, tixrid ta’ aħbarijiet foloz, xkiel għall-ġustizzja, u insult lill-awtoritajiet.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-01/pope-francis-angelus-appeal-nicaragua-priests-arrested.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading