Il-Papa jikkundanna t-tixrid tad-demm fil-Burkina Faso u jappella għall-paċi

Il-Papa Franġisku esprima sogħba “għall-attakk terroristiku traġiku” li seħħ nhar il-Ħadd waqt Quddiesa fi Knisja Kattolika u għal attakk li sar kontra Moskea fil-Burkina Faso, hekk kif fidili Musulmani kienu miġbura għat-talb ta’ filgħodu.

Il-kliem ta’ qrubija tal-Papa jasal hekk kif il-komunità Nisranija fin-nazzjoni tal-Afrika tal-Punent inħasdet bil-massakru vjolenti, fejn inqatlu 15-il fidil fi Knisja Kattolika f’Essakane, fit-Tramuntana l-kbira tal-pajjiż. It-tieni attakk seħħ f’Moskea f’Natiaboani fil-Lvant tal-Burkina Faso, li fiha fl-istess jum inqatlu għexieren.

F’telegramma indirizzat lill-Isqof Laurent Dabiré, President tal-Konferenza tal-Isqfijiet tal-Burkina Faso u n-Niġer, il-Papa qal li huwa profondament imnikket għat-telfa ta’ ħajjiet umana kkawżata mill-attakki u jingħaqad f’luttu mal-familji. Huwa qal li jitlob għall-erwieħ tal-mejta, u “jafdahom f’idejn il-ħniena ta’ Alla, u talab għall-fejqan tal-midruba”. U fakkar li “l-mibegħda mhix soluzzjoni għall-kunflitti”, l-Papa talab għar-rispett tal-postijiet sagri u appella “għall-ġlieda kontra l-vjolenza sabiex jiġu promossi l-valuri tal-paċi”.

It-telegramma tikkonkludi bl-invokazzjoni tal-barkiet divini għall-ulied tal-Burkina Faso u n-nazzjon kollu kemm hu.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-02/pope-telegram-burkina-faso-attacks-church-mosque.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading